1 of 62

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Vġili – Sena A

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

2 of 62

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 62

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 62

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 62

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 62

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 62

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 62

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 62

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Vġili

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

10 of 62

Qari mill-Ktieb�tal-Profeta Ġoel�Ġoel 3, 1-5

11 of 62

Dan jgħid il-Mulej:

12 of 62

“Jiena nsawwab l-Ispirtu tiegħi fuq il-ħlejjaq kollha.

Uliedkom iħabbru, subien u bniet, ix-xjuħ tagħkom ikollhom ħolm,

13 of 62

iż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. U mqar fuq il-qaddejja, irġiel u nisa, insawwab l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem.

14 of 62

Fis-sema u fl-art nuri sinjali, demm u nar u kolonni ta’ duħħan!

Ix-xemx tinbidel fi dlam, u l-qamar f’demm,

15 of 62

qabel ma jasal Jum il-Mulej,

kbir u tal-biża’!

16 of 62

U kull min isejjaħ isem

il-Mulej jinħeles, għax fuq il-muntanja Sijon ikun hemm is-salvazzjoni,

17 of 62

kif qal il-Mulej, u f’Ġerusalemm jibqgħu xi wħud li l-Mulej isejjaħ”.

18 of 62

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 62

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

Salm Responsorjali

20 of 62

Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

Mulej, Alla tiegħi, int kbir bil-bosta!

21 of 62

Bis-sebħ u bil-ġmiel inti mlibbes,

bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.

22 of 62

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

23 of 62

Kemm huma kotrana

l-għemejjel tiegħek, Mulej!

Kollha bl-għerf int għamilthom;

24 of 62

mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

25 of 62

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

26 of 62

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha

li tagħtihom ikilhom f’waqtu.

27 of 62

Inti tagħtihom, u huma jiġbru;

tiftaħ idejk, u jixbgħu

bil-ġid.

28 of 62

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

29 of 62

Jekk teħdilhom nifishom, imutu,

u lejn it-trab jerġgħu jmorru.

30 of 62

Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,

u inti ġġedded il-wiċċ

tal-art.

31 of 62

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

32 of 62

Qari mill-Ittra ta’San Pawl Appostlu �lir-Rumani

Rum 8, 22-27

33 of 62

Ħuti, aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas;

34 of 62

u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu,

35 of 62

aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew

l-adozzjoni ta’ wlied,

il-fidwa ta’ ġisimna.

Aħna salvi bit-tama.

36 of 62

Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama, ma tkunx aktar tama; għax kif jista’ wieħed jittama l-ħwejjeġ li ġa jkun ra?

37 of 62

Imma dak li qegħdin nittamaw, jekk m’aħniex narawh, qed nistennewh

bis-sabar.

38 of 62

Hekk ukoll l-Ispirtu,

min-naħa tiegħu, jgħinna

fin-nuqqas ta’ ħila tagħna.

39 of 62

Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma

l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem;

40 of 62

u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi

x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skont ma jrid Alla.

41 of 62

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

42 of 62

Hallelujah, Hallelujah

43 of 62

Ejja, Spirtu s-Santu, imla

l-qlub tal-fidili tiegħek

u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

44 of 62

Hallelujah, Hallelujah

45 of 62

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 7, 37-39

R:/ Glorja lilek Mulej

46 of 62

Fl-aħħar jum tal-festa,

il-jum l-aktar solenni, Ġesù qam jgħid b’leħen għoli:

47 of 62

“Min jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob. Kif tgħid l-Iskrittura, min jemmen fija, minnu joħorġu xmajjar ta’ ilma ħaj”.

48 of 62

Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih,

49 of 62

għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat.

50 of 62

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

51 of 62

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Vġili

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

52 of 62

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

53 of 62

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

54 of 62

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

55 of 62

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

56 of 62

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

57 of 62

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

58 of 62

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

59 of 62

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

60 of 62

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

61 of 62

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.

62 of 62