1 of 36

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Filippin

Fil 3, 17- 4, 1

2 of 36

Ħuti, ixbhu lili, u ħarsu

lejn dawk li jimxu skont

l-eżempju li rajtu fina.

Għaliex hawn ħafna –

3 of 36

dan għedthulkom bosta

drabi, imma issa

ntennihulkom bid-dmugħ f’għajnejja -

4 of 36

hawn ħafna li jġibu ruħhom bħal għedewwa tas-salib ta’ Kristu. It-telfien għad ikun

tmiemhom; alla tagħhom

hu żaqqhom,

5 of 36

jiftaħru b’dak li jmisshom jistħu minnu, u moħħhom biss fil-ħwejjeġ tad-dinja.

Imma aħna pajżani

tas-sema;

6 of 36

minn hemm bil-ħerqa nistennewh jiġi,

is-Salvatur tagħna

Sidna Ġesù Kristu.

7 of 36

Hu għad irid ibiddlilna

l-ġisem imsejken tagħna

fis-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu,

8 of 36

bil-qawwa tas-setgħa li għandu li jġib kollox taħtu.

9 of 36

Għalhekk, intom, ħuti li intom l-għożża u x-xewqa tiegħi, ferħ u kuruna tiegħi, żommu sħiħ fil-Mulej, maħbubin tiegħi!

10 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

11 of 36

R:/ Sejrin ferħana

f’dar il-Mulej

Salm Responsorjali

12 of 36

Fraħt meta qaluli:

“Sejrin f’dar il-Mulej!”

Diġà qegħdin riġlejna

fi bwiebek, Ġerusalemm!

13 of 36

R:/ Sejrin ferħana

f’dar il-Mulej

14 of 36

Ġerusalemm,

mibnija bħal belt,

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu,

it-tribujiet tal-Mulej.

15 of 36

R:/ Sejrin ferħana

f’dar il-Mulej

16 of 36

Skont il-liġi ta’ Iżrael,

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu

t-tronijiet tal-ħaqq,

it-tronijiet tad-dar ta’ David

17 of 36

R:/ Sejrin ferħana

f’dar il-Mulej

18 of 36

Hallelujah, Hallelujah

19 of 36

Min iżomm il-kelma ta’ Ġesù Kristu, fih hemm tassew l-imħabba ta’ Alla fil-milja tagħha.

20 of 36

Hallelujah, Hallelujah

21 of 36

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 16, 1-8

R:/ Glorja lilek Mulej

22 of 36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

23 of 36

“Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu.

24 of 36

Għalhekk is-sid sejjaħlu

u qallu,

‘Dan x’inhu li qiegħed

nisma’ fuqek?

25 of 36

Agħtini kont

tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’

26 of 36

L-amministratur bejnu u

bejn ruħu qal,

‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini

mill-amministrazzjoni?

27 of 36

Immur nagħżaq?

Ma niflaħx. Nittallab?

Nistħi.

28 of 36

Naf x’nagħmel, ħalli meta nitwarrab minn fuq din

l-amministrazzjoni, insib lil ħaddieħor li

jilqagħni għandu.’

29 of 36

U wieħed wieħed bagħat

għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu.

30 of 36

‘Kemm għandek tagħtih

lil sidi?’

staqsa lill-ewwel wieħed. ‘Mitt barmil żejt,’

wieġbu dak.

31 of 36

‘Oħroġ il-karti tiegħek,’ qallu l-amministratur, oqgħod bilqiegħda malajr u ikteb ħamsin.’

Lil ieħor staqsieh,

32 of 36

‘U int, kemm għandek tagħti?’

‘Mitt xkora qamħ,’

wieġbu. Qallu:

33 of 36

‘Oħroġ il-karti tiegħek u

ikteb tmenin.’

U s-sid faħħru lil dak

l-amministratur ħażin

talli ħadem b’rasu.

34 of 36

Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom.”

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36