1 of 31

Qari mill-Ewwel Ktieb

tas-Slaten

1 Slaten 19, 9a.11-16

2 of 31

F’dak iż-żmien, Elija niżel mill-muntanja tal-Mulej,

il-Ħoreb, u sab lil Eliżew bin Safat,

3 of 31

waqt li kien qiegħed jaħrat bi tnax-il żewġ gniedes quddiemu; u hu kien qiegħed imexxi

t-tnax-il wieħed.

4 of 31

Resaq lejh Elija, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu. Dan ħalla l-gniedes u mar jiġri wara Elija jgħidlu:

5 of 31

“Ħallini mmur insellem lil missieri u ’l ommi, imbagħad niġi warajk”.

6 of 31

Qallu Elija:

“Mur, u erġa’ ejja; għaliex taf x’għamiltlek jiena”.

Eliżew tbiegħed minnu, qabad żewġ gniedes,

7 of 31

qatilhom u offriehom sagrifiċċju. U bl-għodda

tal-ħrit sajjar il-laħam, qassmu lin-nies, u kielu.

8 of 31

U hu mar wara Elija, u beda jservih.

9 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 31

R:/ Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi

Salm Responsorjali

11 of 31

Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

Jien għedt lill-Mulej:

12 of 31

“Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek.

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi,

inti żżomm f’idejk xortija”.

13 of 31

R:/ Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi

14 of 31

Imbierek lill-Mulej li tani

l-fehma;

imqar billejl qalbi tgħallimni.

15 of 31

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

16 of 31

R:/ Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi

17 of 31

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,

u ġismi wkoll jistrieħ

fil-kwiet.

18 of 31

Għax int ma titlaqnix

fl-imwiet,

ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

19 of 31

R:/ Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi

20 of 31

Hallelujah, Hallelujah

21 of 31

O Alla, iġbidli qalbi lejn

il-preċetti tiegħek;

agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek.

22 of 31

Hallelujah, Hallelujah

23 of 31

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 5, 33-37

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

25 of 31

“Smajtu wkoll x’intqal

lin-nies ta’ dari: ‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu’.

26 of 31

Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art,

27 of 31

għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt

tas-Sultan il-kbir.

28 of 31

U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda.

29 of 31

Mela ħa jkun id-diskors tagħkom: <Iva, iva; le, le>; kulma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin”.

30 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

31 of 31