1 of 79

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Jum – Sena A

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

2 of 79

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 79

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 79

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 79

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 79

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 79

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 79

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 79

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Jum – Sena A

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

10 of 79

Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli

Atti 2, 1-11

11 of 79

Meta wasal jum Għid

il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed.

12 of 79

F’daqqa waħda ġie

mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin.

13 of 79

U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom.

14 of 79

Imtlew ilkoll bl-Ispirtu

s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skont ma

l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.

15 of 79

F’Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt

is-sema.

16 of 79

Malli nstama’ dan il-ħoss, inġabret kotra kbira, ilkoll imħawdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu.

17 of 79

Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu:

18 of 79

“Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex ilkoll

mill-Galilija?

19 of 79

Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu?

20 of 79

Partin, Medin u Għelamin, nies mill-Mesopotamja,

mil-Lhudija,

mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja,

21 of 79

mill-Friġja, mill-Pamfilja, mill-Eġittu, mill-inħawi

tal-Libja madwar Ċireni, nies li ġew minn Ruma,

22 of 79

kemm Lhud u kemm prosèliti, oħrajn minn

Kreta u Għarab,

23 of 79

aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru

bl-ilsna tagħna

l-għeġubijiet ta’ Alla!”

24 of 79

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

25 of 79

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

Salm Responsorjali

26 of 79

Bierek, ruħ tiegħi,

lill-Mulej!

Mulej, Alla tiegħi, int kbir bil-bosta!

27 of 79

Kemm huma kotrana

l-għemejjel tiegħek, Mulej!

Mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.

28 of 79

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

29 of 79

Jekk teħdilhom nifishom, imutu,

u lejn it-trab jerġgħu jmorru.

30 of 79

Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,

u inti ġġedded il-wiċċ

tal-art.

31 of 79

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

32 of 79

Jibqa’ sebħ il-Mulej għal dejjem!

Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu!

33 of 79

Ħa togħġbu l-għanja tiegħi,

għax jiena fil-Mulej l-hena tiegħi.

34 of 79

R:/ Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art

35 of 79

Qari mill-Ewwel Ittra ta’�San Pawl Appostlu �lill-Korintin�1 Kor 12:3b-7,12-13

36 of 79

Ħuti, ħadd ma jista’ jgħid: “Ġesù hu l-Mulej!”,

jekk mhux imqanqal

mill-Ispirtu s-Santu.

37 of 79

Hemm imbagħad diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej;

38 of 79

hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f’kulħadd.

39 of 79

Lil kull wieħed tingħata

r-rivelazzjoni ta’ l-Ispirtu għall-ġid ta’ kulħadd.

40 of 79

Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u

l-membri kollha tal-ġisem,

41 of 79

għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.

42 of 79

Għax aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed,

43 of 79

sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.

44 of 79

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

45 of 79

SEKWENZA

46 of 79

Spirtu s-Santu, ejja fina,

raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,

xerrdu f’ruħna

mis-smewwiet.

47 of 79

O Missier il-foqra tiegħek,

inti ġġib id-doni miegħek,

tagħni b’dawlek qalb

l-ulied.

48 of 79

Inti l-aqwa faraġ tagħna,

fik kull hena xħin tkun magħna,

tħossok fewġa ħelwa r-ruħ.

49 of 79

Fl-għaja, lejn is-serħ twassalna;

jekk imħeġġa wisq, trażżanna; mill-għajnejn tixxotta d-dmugħ.

50 of 79

O dawl hieni ta’ qdusija,

nitolbuk li bik mimlija

tkun il-qalb ta’ kull fidil.

51 of 79

Mingħajr dawlek li jmexxina

ebda ħajr ma jkun hemm fina,

ebda safa fl-għemil.

52 of 79

Naddaf kull fejn hemm

it-tbajja’,

fejn hemm nixfa reġġa’

l-ħajja,

lill-miġruħ agħtih fejqan.

53 of 79

Rattab fina l-ebusija,

agħti lill-berdin bżulija,

għin fit-triq lil min beżgħan.

54 of 79

Agħti s-seba’ doni tiegħek

lil min jimxi fidil miegħek

u li fik jistrieħ kull ħin.

55 of 79

Agħti ’l kull virtù sabiħa

ħlas ta’ salvazzjoni sħiħa,

agħti l-ġenna lit-tajbin.

Ammen. Hallelujah.

56 of 79

Hallelujah, Hallelujah

57 of 79

Ejja, Spirtu s-Santu, imla

l-qlub tal-fidili tiegħek

u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

58 of 79

Hallelujah, Hallelujah

59 of 79

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 20:19-23

R:/ Glorja lilek Mulej

60 of 79

Dak il-Ħadd filgħaxija,

fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa

mil-Lhud,

61 of 79

bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom:

62 of 79

“Is-sliem għalikom!”.

63 of 79

Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom:

64 of 79

“Is-sliem għalikom!

Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”.

65 of 79

Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom:

66 of 79

“Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma”.

67 of 79

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

68 of 79

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

Quddiesa tal-Jum – Sena Ċ

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

69 of 79

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

70 of 79

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

71 of 79

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

72 of 79

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

73 of 79

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

74 of 79

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

75 of 79

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

76 of 79

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

77 of 79

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

78 of 79

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.

79 of 79