Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Isaija
Is 26, 7-9.12.16-19
Wietja hi triq il-ġust,
mogħdija dritta tħejji
għall-ġust. Iva, fi triq
il-ġudizzji tiegħek nittamaw, Mulej;
għal ismek u tifkirtek tixxennaq ruħna. Billejl tixtieqek ruħi; mas-sebħ tfittexk ġo fija qalbi.
Għaliex meta jiddu
l-ġudizzji tiegħek fuq l-art, in-nies tad-dinja jitgħallmu l-ġustizzja.
Mulej, int tagħtina s-sliem, għemilna kollu għamiltu int għalina.
Mulej fid-dwejjaq fittixniek, sejjaħnielek int u tikkastigana. Bħal mara tqila fil-ħlas titkagħweġ u tgħajjat bl-uġigħ,
hekk konna aħna quddiemek Mulej.
Tqalna u tkagħwiġna u wlidna r-riħ; is-salvazzjoni fuq l-art ma ksibnihiex, u ma tweldux nies biex jgħammru fl-art.
Għax jgħixu mill-ġdid
il-mejtin tiegħek, il-katavri jqumu lkoll! Jistenbħu u jgħannu dawk li jgħammru fit-trab.
In-nida tiegħek hi nida ta’ dawl, u l-art trodd il-mejtin.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej jittawwal
mis-sema lejn l-art
Salm Responsorjali
Int, Mulej, għal dejjem tibqa’; minn nisel għal nisel
it-tifkira tiegħek.
Inti tqum u tħenn għal Sijon,
għax hu ż-żmien u
l-waqt li tħenn. Għax għażiż għall-qaddejja tiegħek
il-ġebel tagħha; tiġihom ħasra mit-trab tagħha.
R:/ Il-Mulej jittawwal
mis-sema lejn l-art
Ħa jkollhom il-ġnus
il-biża’ ta’ ismek, Mulej, u
s-slaten kollha tal-art
il-biża’ tas-sebħ tiegħek,
meta l-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu. U jisma’ t-talb
tal-mitluqin, ma jistmellx
it-talb tagħhom.
R:/ Il-Mulej jittawwal
mis-sema lejn l-art
Jinkiteb dan għan-nisel li għad jiġi, u poplu ġdid għad ifaħħar lill-Mulej.
Il-Mulej iħares ’l isfel
mill-għoli tas-santwarju tiegħu,
u jittawwal mis-sema lejn
l-art, biex jisma’ l-krib
tal-ilsiera,
biex jeħles ’il dawk li huma għall-mewt.
R:/ Il-Mulej jittawwal
mis-sema lejn l-art
Hallelujah, Hallelujah
Ejjew għandi, intom
ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom,
jgħid il-Mulej.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 11, 28-30
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal:
“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu
l-mistrieh għal ruħkom.
Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu