1 of 35

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!

2 of 35

Qari mill-Ktieb tal-

Għanja tal-Għanjiet

Għanja 2, 8-14

3 of 35

Leħen il-maħbub tiegħi: arah, hu ġej, jaqbeż fuq il-muntanji, jitqâbeż fuq l-għoljiet.

Il-maħbub tiegħi qisu xi għażżiela, jew ferħ iċ-ċriev.

4 of 35

Hemm huwa, wieqaf, wara l-ħajt tagħna, iħares minn ġot-tieqa, u jgħarrex wara

l-gradi tal-ħadid.

5 of 35

Qabad jitkellem hu,

il-maħbub tiegħi, u qiegħed jgħidli:

6 of 35

“Maħbuba tiegħi, qum,

ejja, sabiħa tiegħi! Għax,

ara, għaddiet ix-xitwa,

spiċċat ix-xita, marret.

7 of 35

Fuq l-art ġa deher il-ward,

iż-żmien tal-għana wasal,

fuq artna nstama’ leħen

il-gamiem.

8 of 35

Diġà beda mit-tin ħiereġ il-frott, in-nwar tad-dwieli jxerred riħa ħelwa.

Maħbuba tiegħi, qum, ejja, ġmiel tiegħi!

9 of 35

Ħamiema tiegħi ġewwa

x-xquq tal-blat, moħbija ġo xi rdum, urini wiċċek, semmagħli leħnek,

10 of 35

għax leħnek ħlejju, u sbejjaħ wiċċek”.

11 of 35

Ejja Mulej Ġesù

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lill Alla

12 of 35

Salm Responsorjali

℟:/ Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;

għannulu għanja ġdida

13 of 35

Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra;

għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi.

14 of 35

Għannulu għanja ġdida;

doqqulu bis-sengħa u b’leħen qawwi.

15 of 35

℟:/ Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;

għannulu għanja ġdida

16 of 35

Imma l-fehma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem,

minn żmien għal żmien

il-ħsibijiet ta’ moħħu.

17 of 35

Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu,

il-poplu li hu għażel

b’wirtu.

18 of 35

℟:/ Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;

għannulu għanja ġdida

19 of 35

Ruħna tixxennaq

għall-Mulej,

hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.

20 of 35

Fih jinsab l-hena ta’ qalbna,

fl-isem qaddis tiegħu

t-tama tagħna.

21 of 35

℟:/ Għannu, ġusti,

bil-ferħ lill-Mulej;

għannulu għanja ġdida

22 of 35

Hallelujah, Hallelujah

23 of 35

O Xemx tielgħa,

dija tad-dawl ta’ dejjem u xemx tal-ġustizzja,

24 of 35

ejja u dawwal lil dawk

li jinsabu fid-dlamijiet u

d-dell tal-mewt.

25 of 35

Hallelujah, Hallelujah

26 of 35

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 1, 39-45

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 35

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta.

28 of 35

Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu;

29 of 35

u nfexxet f’għajta kbira

u qalet:

30 of 35

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi?

31 of 35

Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ.

32 of 35

Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej”.

33 of 35

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 35

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!

35 of 35