1 of 45

Qari mill-Ittra ta’

San Ġakbu Appostlu

Ġak 3, 13-18

2 of 45

Ħuti, hemm xi ħadd għaref u għaqli fostkom? Mela ħa juri bl-imġiba tajba tiegħu, għemilu bi ħlewwa għaqlija.

3 of 45

Imma jekk intom għandkom l-għejra u l-imrar f’qalbkom u ħsiebkom fil-ġlied, qisu li b’hekk ma tiftaħrux u tigdbu kontra l-verità.

4 of 45

Dan mhux l-għerf li ġej mis-sema, imma l-għerf ta’ din l-art, tal-ġisem u

tax-xitan.

5 of 45

Għax fejn hemm l-għejra u l-ġlied, hemm issib ittaqlib u kull xorta ta’ ħażen.

6 of 45

L-għerf li ġej mis-sema, qabel kollox hu għerf safi, imbagħad hu għerf li jfittex is-sliem, it-tjubija u

l-ħlewwa;

7 of 45

huwa kollu ħniena u frott tajjeb, bla ma jħares lejn

l-uċuħ u bla qerq.

8 of 45

Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott

tal-ġustizzja.

9 of 45

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 45

R:/ Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

Salm Responsorjali

11 of 45

Il-liġi tal-Mulej perfetta,

u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx.

12 of 45

R:/ Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

13 of 45

l-preċetti tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn.

14 of 45

R:/ Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

15 of 45

Il-biża’ tal-Mulej sinċier,

u jibqa’ għal dejjem;

il-ġudizzji tal-Mulej sewwa,

u mseddqa għalkollox.

16 of 45

R:/ Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

17 of 45

Ħa jkunu milqugħa quddiemek kliem fommi

u ħsieb qalbi,

Mulej, blata tiegħi u feddej tiegħi.

18 of 45

R:/ Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

19 of 45

Hallelujah, Hallelujah

20 of 45

Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt,

u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju.

21 of 45

Hallelujah, Hallelujah

22 of 45

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 9, 14-29

R:/ Glorja lilek Mulej

23 of 45

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli

l-oħra,

24 of 45

rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom.

25 of 45

In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu.

26 of 45

U hu staqsiehom:

“Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”.

U wieħed mill-kotra qallu:

27 of 45

“Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem.

28 of 45

U kull fejn jaħkmu jsabbtu mal-art u hu joħroġ

ir-ragħwa minn ħalqu,

29 of 45

jgħażżeż snienu u jibbies. Għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh minnu, u ma kellhomx ħila”.

30 of 45

Qalilhom Ġesù:

31 of 45

“Ja nies bla fidi! Kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli quddiemi”.

32 of 45

U ressquhulu quddiemu.

L-ispirtu, malli lemaħ lil Ġesù, beda jħabbtu ’l hawn u ’l hemm bir-ragħwa f’ħalqu.

33 of 45

“Xi kemm ilu jagħtih hekk?”

staqsa Ġesù lil missieru. Qallu:

34 of 45

“Minn ċkunitu, u sikwit ġie li tefgħu fin-nar u fl-ilma biex jeqirdu. Imma int, jekk tista’ tagħmel xi ħaġa, għinna u ħenn għalina”.

35 of 45

Qallu Ġesù:

36 of 45

“Jekk tista’! Kollox jista’ jkun għal min jemmen”.

37 of 45

Missier it-tifel minnufih beda jgħajjat u jgħidlu:

“Jiena nemmen! Għinni

fil-fidi nieqsa tiegħi!”.

38 of 45

Ġesù, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax

lill-ispirtu ħażin u qallu:

39 of 45

“Ja spirtu mbikkem u trux, jiena nordnalek: oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed”.

40 of 45

U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid: “Miet”.

41 of 45

Imma Ġesù qabdu minn idu u qajmu, u hu waqaf fuq saqajh. Meta mbagħad Ġesù raġa’ daħal id-dar,

42 of 45

id-dixxipli tiegħu staqsewh rasu u rashom:

“Għaliex ma rnexxilniex inkeċċuh?”.

Qalilhom:

43 of 45

“Spirtu bħal dak, ma jista’ jitkeċċa b’xejn ħlief

bit-talb”.

44 of 45

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

45 of 45