Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1 Kor 15, 12-20
Ħuti, jekk Kristu hu mxandar li qam
mill-imwiet, kif jgħidu xi wħud minnkom li ma hemmx qawmien tal-mejtin?
Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet!
Imma jekk Kristu ma qamx
mill-imwiet, fiergħa hi
l-predikazzjoni tagħna, u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom.
U aħna noħorġu wkoll ta’ xhieda foloz ta’ Alla, għaliex inkunu tajna xhieda kontra Alla li huwa qajjem lil Kristu mill-imwiet,
filwaqt li ma jkun qajmu xejn, jekk hu tassew li
l-mejtin ma jqumux.
Għax jekk il-mejtin ma jqumux, anqas Kristu ma kien imqajjem.
U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom.
U mitlufa wkoll huma dawk li raqdu fi Kristu.
Jekk għandna tama fi Kristu għal din il-ħajja biss, aħna l-aktar nies imsejkna fost kemm huma
l-bnedmin.
Imma Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet,
l-ewwel frott fost dawk li raqdu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Nithennew, Mulej, bid-dehra tiegħek
Salm Responsorjali
Isma’, Mulej, il-kawża ġusta tiegħi,
ilqa’ l-għajta tiegħi,
agħti widen għat-talb tiegħi;
bla qerq huma xufftejja.
R:/ Nithennew, Mulej, bid-dehra tiegħek
Insejjaħlek, għax int tweġibni, o Alla;
ressaq widintek lejja, isma’ kliemi.
Uri t-tieba tiegħek
tal-għaġeb;
int li teħles
mill-għedewwa lil min jittama fil-leminija tiegħek.
R:/ Nithennew, Mulej, bid-dehra tiegħek
Bħal ħabba tal-għajn ħarisni,
għad-dell ta’ ġwenħajk kenninni
Imma jien, fil-ħaqq, għad nara ’l wiċċek;
meta nqum, nithenna
bid-dehra tiegħek.
R:/ Nithennew, Mulej, bid-dehra tiegħek
Hallelujah, Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom
liċ-ċkejknin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa
Lq 8, 1-3
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u
r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla.
Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom
mill-ispirti ħżiena u
mill-mard:
Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten,
Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu