1 of 48

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���

2 of 48

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 48

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 48

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 48

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 48

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 48

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 48

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 48

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���

10 of 48

Qari mill-Ktieb ta’ Bin SirakSir 21, 11-17, 21

11 of 48

Min iħares il-Liġi jegħleb

il-ġibdiet, imma l-biża’

tal-Mulej iwassal għall-għerf sħiħ.

12 of 48

Ma jitgħallimx min m’għandux għaqal, imma hemm għaqal li jkattar

l-imrar.

13 of 48

Tagħlim l-għaref jikber bħal għargħar, u t-twissija tiegħu bħal għajn ta’ ilma ġieri.

14 of 48

Qalb l-iblah bħal vażett imxaqqaq, ebda tagħlim ma żżomm.

Jekk jisma’ kliem għaref min għandu t-tagħlim,

15 of 48

ifaħħru u jżid miegħu; jisimgħu min ħajtu jgħaddiha fix-xalar, imma ma jogħġbux, u jitfgħu wara dahru.

16 of 48

Diskors l-iblah hu bħal

tagħbija fi vjaġġ. Imma fuq fomm bniedem li jifhem tinsab il-ħlewwa.

17 of 48

Dak li jgħid l-għaqli hu mfittex fil-laqgħat, u

f’qalbhom jibqgħu jaħsbu fuqu.

18 of 48

Bħal tiżjin tad-deheb hu

t-tagħlim għall-għaqli,

u bħal brazzuletta fi driegħu

l-lemini.

19 of 48

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 48

Salm Responsorjali

R:/ Għallimni, Mulej,

it-triq tal-kmandamenti tiegħek

21 of 48

Għallimni, Mulej, it-triq

tal-kmandamenti tiegħek:

jiena rrid nibqa’ fiha sa

l-aħħar.

22 of 48

Fehemni biex inħares

il-liġi tiegħek

u nagħmilha b’qalbi kollha.

23 of 48

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

24 of 48

Mexxini mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek,

għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi.

25 of 48

Iġbidli qalbi lejn

il-preċetti tiegħek,

u mhux lejn ir-regħba.

26 of 48

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

27 of 48

Tħallix lil għajnejja jħarsu lejn il-frugħa;

agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek.

28 of 48

Żomm il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek, li int għamilt ma’ dawk li jibżgħu minnek.

29 of 48

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

30 of 48

Warrab minni l-għajb li nibża’ minnu,

għax tajbin huma d-digrieti tiegħek.

31 of 48

Ara kif jiena mxennaq

għall-preċetti tiegħek;

fil-ġustizzja tiegħek agħtini

l-ħajja.

32 of 48

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

33 of 48

Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej, u s-salvazzjoni tiegħek skont il-wegħda tiegħek.

34 of 48

Imbagħad nagħti tweġiba lil min jgħajjarni,

għax jien nafda fil-kelma tiegħek.

35 of 48

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

36 of 48

Hallelujah, Hallelujah

37 of 48

Min iħares il-kmandamenti u jgħallimhom lill-oħrajn dan kbir jissejjaħ fis-Saltna

tas-Smewwiet.

38 of 48

Hallelujah, Hallelujah

39 of 48

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 16, 14a. 15-20

R:/ Glorja lilek Mulej

40 of 48

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu

lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda. U qalilhom:

41 of 48

“Morru fid-dinja kollha,

xandru l-Evanġelju

lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva;

42 of 48

iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu:

43 of 48

f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom,

44 of 48

u jekk jixorbu xi xorb li jġib

il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

45 of 48

U hekk il-Mulej Ġesù, wara

li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa

tal-lemin t’Alla.

46 of 48

Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.

47 of 48

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

48 of 48

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���