1 of 43

2 of 43

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 1, 17-19

3 of 43

F’dak iż-żmien: Il-Mulej kellimni u qalli:

4 of 43

“Ħażżem ġenbejk, qum u għidilhom kull ma ordnajtlek.

5 of 43

La tibżax minnhom, għax inkella nbeżżgħek jien quddiemhom.

6 of 43

Arani, illum se nagħmel minnek belt fortizza, kolonna tal-ħadid, ħajt

tal-bronz, kontra l-pajjiż kollu,

7 of 43

kontra s-slaten ta’ Ġuda u

l-prinċpijiet tiegħu, kontra

l-qassisin tiegħu u l-poplu

kollu tal-pajjiż.

8 of 43

Huma jeħduha kontrik, imma ma jagħmlulek xejn, għax jiena nkun miegħek

–kelma tal-Mulej– biex neħilsek minnhom.”

9 of 43

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 43

Salm Responsorjali

R:/ Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek.

11 of 43

Fik, Mulej, nistkenn;

ma jkolli qatt għax ninfixel.

12 of 43

Fil-ġustizzja tiegħek

ħollni u eħlisni,

mejjel widintek lejja u salvani.

13 of 43

R:/ Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek

14 of 43

Kun għalija sur tal-kenn

u fortizza qawwija

għall-ħelsien tiegħi,

15 of 43

għax blata tiegħi

u fortizza tiegħi int.

Alla tiegħi, eħlisni minn id il-ħazin

16 of 43

R:/ Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek

17 of 43

Għax int, Mulej,

it-tama tiegħi;

Mulej, inti l-fiduċja tiegħi

sa minn żgħożiti.

18 of 43

Fuqek intlaqt sa minn ġuf ommi,

minn ħdan ommi inti ħadtni

19 of 43

R:/ Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek

20 of 43

Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek,

kull jum is-salvazzjoni tiegħek.

21 of 43

O Alla, sa minn żgħożiti int għallimtni;

u jiena nxadar s’issa

l-egħġubijiet tiegħek.

22 of 43

R:/ Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek

23 of 43

Hallelujah, Hallelujah

24 of 43

Henjin dawk li huma ippersegwitati minħabba

fil-ġustizzja, għax tagħhom hija s-Saltna

tas-Smewwiet

25 of 43

Hallelujah, Hallelujah

26 of 43

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 6, 17-29

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 43

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuh Filippu billi kien iżżewiġha hu.

28 of 43

Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu:

“Ma tistax iżżommha int

il-mara ta’ ħuk!”

29 of 43

Għalhekk Erodja saret

tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi,

30 of 43

li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’minnu:

31 of 43

u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu.

32 of 43

Mela wasal jum tajjeb, meta Erodi għalaq sninu u għamel ikla lill-kbarat tiegħu, lill-fizzjali l-għolja u lill-aqwa nies tal-Galilija.

33 of 43

Bint Erodja daħlet tiżfen, u għoġbot lil Erodi u

lill-mistednin tiegħu.

Is-sultan qal lit-tfajla:

34 of 43

“Itlobni kull ma trid, u jien nagħtik kull ma titlobni.”

U qalilha u ħalfilha:

35 of 43

“Titlobni x’titlobni, kollox nagħtik, imqar nofs

is-saltna tiegħi!”

Dik ħarġet u marret tistaqsi lil ommha:

36 of 43

“T’għid x’nitolbu?”

“Ras Ġwanni l-Battista,”

weġbitha dik. Malajr reġgħet daħlet tgħaġġel quddiem

is-sultan, talbitu u qaltlu:

37 of 43

“Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”

38 of 43

Tnikket għall-aħħar

is-sultan, iżda minħabba

fil-ġurament u l-mestednin ma riedx jerġa’ lura

mill-kelma li taha.

39 of 43

Maljar is-sultan bagħat suldat minn ta’ madwaru u ordnalu li jġiblu rasu. Dak mar u qatagħlu rasu

fil-ħabs;

40 of 43

imbagħad ġiebha fuq platt u taha lit-tfajla, u t-tfajla marret tatha lil ommha.

41 of 43

Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh ġo qabar.

42 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

43 of 43