Il-Manificat
It-talba ta’Marija
��
Qari mill-Ewwel Ktieb
ta’ Samwel
1 Sam 1, 24-28
F’dak iż-żmien, Anna tellgħet ’il binha Samwel magħha fid-dar tal-Mulej f’Silo.
Ħadet magħha gendus ta’ tliet snin, efa dqiq u żaqq inbid, u marret bit-tfajjel magħha.
Hemm qatlu l-gendus, u ressqu t-tifel quddiem Għeli, u qaltlu:
“Nitolbok, sidi; daqskemm int ħaj, sidi, jien dik
il-mara li kienet wieqfa hawn ħdejk titlob
lill-Mulej.
Għal dan it-tifel kont tlabt, u l-Mulej laqa’ t-talba tiegħi, u tani li tlabtu.
U issa jien se nagħtih
lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu, u kemm idum ħaj ikun tal-Mulej”.
U qiemu lill-Mulej hemmhekk.
Ejja Mulej Ġesù
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
℟:/ Ferħet qalbi bil-Mulej
Ferħet qalbi bil-Mulej;
irtefgħet rasi fil-Mulej;
iddieħak fommi
bl-għedewwa tiegħi,
għax fraħt bis-salvazzjoni tiegħek.
℟:/ Ferħet qalbi bil-Mulej
Tkisser il-qaws
tal-qawwijin, u d-dgħajfin tħażżmu bil-ħila.
L-imxebbgħin bil-ħobż inkrew,
u ma baqgħux jitħabtu
l-imġewħin.
Il-mara bla tfal wildet sebgħa,
u dbielet il-mara b’ħafna tfal.
℟:/ Ferħet qalbi bil-Mulej
Il-Mulej jibgħat il-mewt u jagħti l-ħajja,
iniżżel fl-imwiet u jtalla’.
Il-Mulej ifaqqar u jagħti
l-ġid,
ibaxxi u jgħolli wkoll.
℟:/ Ferħet qalbi bil-Mulej
Iqajjem mit-trab
lill-imsejken
u l-fqajjar jerfgħu
mill-miżbla,
u jqegħedhom mal-kbarat,
biex jirtu tron ta’ ġieħ.
℟:/ Ferħet qalbi bil-Mulej
Hallelujah, Hallelujah
O sultan tal-ġnus, ġebla
tax-xewka tal-Knisja,
ejja u salva l-bniedem li int għamilt mit-trab.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 1, 46-55
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, qalet Marija:
“Ruħi tfaħħar il-kobor
tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon
tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,
għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li
jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja
bagħathom ’il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu, bħalma wiegħed lil
missirijietna,
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Il-Manificat
It-talba ta’Marija