Is-Sibt tar-Raba’ ġimgħa tar-Randan��
Qari mill-Ktieb tal- �Profeta Ġeremija�Ġer 11, 18-20�
Il-Mulej għarrafni, u jien sirt naf; inti wrejtni
l-għemejjel tagħhom.
U jien bħal ħaruf ġwejjed meħud għall-qatla, ma kontx naf li kienu qed inassu kontrija u jgħidu:
‘Ħa noqtlu s-siġra
bil-frott tagħha; inqaċċtuh mill-art tal-ħajjin, u ismu ma jiftakruhx aktar’.
Int, Mulej tal-eżerċti, imħallef ġust li tifli l-qalb u l-moħħ, ħallini nara l-vendetta tiegħek minnhom, għaliex f’idejk irħejt il-kawża tiegħi!
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi
Salm Responsorjali
Mulej, Alla tiegħi, fik
il-kenn tiegħi;
salvani minn kull min iħabbatni, u eħlisni,
li ma jaħtfunix bħal iljun u jqattgħuni,
u ma jkunx hemm min jeħlisni.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi
Agħmel ħaqq minni, Mulej, skont is-sewwa tiegħi
u skont it-tjubija li hemm fija.
Ħa jintemm il-ħażen
tal-ħżiena, u jitwettaq
il-bniedem sewwa.
Int li tgħarbel il-moħħ u
l-qalb, int Alla ġust.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi
It-tarka tiegħi hu Alla,
li jsalva ’l min hu qalbu safja. Alla hu mħallef ġust,
Alla li dejjem jitħallas
mill-ħażen.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Henjin dawk li jisimgħu
l-kelma b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha,
u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 7, 40-53
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu:
“Tassew dan hu l-Profeta”.
Oħrajn qalu:
“Dan hu l-Messija”.
Iżda xi wħud qalu:
“Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?
Ma tgħidx l-Iskrittura li
l-Messija għandu jiġi
min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”.
Hekk in-nies ma qablux
bejniethom minħabba fih.
Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.
L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u
l-Fariżej, u dawn qalulhom: “Dan kif ma ġibtuhx magħkom?”.
L-għases qalulhom:
“Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!”.
Qabżu l-Fariżej u qalulhom:
“Intom ukoll tqarraqtu? Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih?
Imma dawn x’qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!”.
Wieħed minnhom, jismu
Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom:
“Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd
qabel ma tisma’ lilu stess ħalli tkun taf x’inhu jagħmel?”.
U huma qalulu:
“M’intix int ukoll
mill-Galilija, hux?
Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!”.
U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Is-Sibt tar-Raba’ ġimgħa tar-Randan��