henjin dawk li ma rawx �u emmnu
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
henjin dawk li ma rawx �u emmnu
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 2, 42-47�
F’dak iż-żmien, id-dixxipli kienu jżommu sħiħ
fit-tagħlim tal-appostli u
fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.
Waqa’ mbagħad il-biża’ fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz tal-appostli.
Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox bejniethom,
ibigħu ġidhom u kull ma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skond il-ħtieġa ta’ kull wieħed.
U kuljum kienu jmorru
fit-tempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja;
u kienu jfaħħru lil Alla, u
l-poplu kollu kien iġibhom. U minn jum għal ieħor il-Mulej kien iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvi.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
Salm Responsorjali
Ħa jgħidu wlied Iżrael:
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu”.
Ħa tgħid dar Aron:
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu”.
Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej: “Għal dejjem
it-tjieba tiegħu”
R:/ Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
B’saħħithom kollha imbuttawni biex naqa’;
imma l-Mulej tani
l-għajnuna.
Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej;
hu kien għalija s-salvazzjoni tiegħi.
Għajat ta’ ferħ u rebħ
fl-għerejjex tat-tajbin:
il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!
R:/ Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
Il-ġebla li warrbu
l-bennejja
saret il-ġebla tax-xewka.
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:
ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.
Dan hu l-jum li għamel
il-Mulej;
ħa nifirħu u nithennew fih!
R:/ Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu
Qari mill-Ewwel Ittra ta’�San Pietru Appostlu�1 Piet 1, 3-9��
Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu raġa’ wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta’ Ġesù
Kristu mill-imwiet u għal wirt li la jitħassar, la jittabba’, u lanqas jinxef. Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema għax
intom tinsabu taħt
il-ħarsien tal-qawwa ta’ Alla fil-fidi tagħkom li twassal għas-salvazzjoni li lesta biex tidher fl-aħħar taż-żminijiet.
Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.
Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova
l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb,
biex ikun jistħoqqilha tasal
għat-tifħir, għall-glorja, u
għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.
Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m’intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b’ferħ glorjuż,
li ma jistax jitfisser, waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, li hu
s-salvazzjoni tagħkom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Tumas, emmint għax rajtni, jgħid il-Mulej;
henjin dawk li ma rawx u emmnu.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 20:19-31
R:/ Glorja lilek Mulej
Dakinhar filgħaxija,
fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa
mil-Lhud,
bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom:
“Is-sliem għalikom!”.
Kif qal hekk, uriehom idejh
u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom:
“Is-sliem għalikom! Kif
il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”.
Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom:
“Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma”.
Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu:
“Rajna lill-Mulej”.
Iżda hu qalilhom:
Jekk ma narax f’idejh
il-marka tal-imsiemer u ma
nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.
Tmint ijiem wara,
id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom.
Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom:
“Is-sliem għalikom!”.
Imbagħad qal lil Tumas:
“Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx
bniedem bla fidi, iżda emmen”.
Wieġeb Tumas u qallu:
“Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”.
Qallu Ġesù:
“Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”.
Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem
id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f’dan
il-ktieb. Iżda dawn inkitbu
sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
henjin dawk li ma rawx �u emmnu
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.