Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1, Kor 9, 16-19.22b-27
Ħuti, jekk jiena nxandar
l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien
obbligat nagħmlu dan.
Ħażin għalija jekk ma
nxandarx l-Evanġelju!
Jekk dan nagħmlu minn
rajja, ikolli dritt għall-ħlas;
imma jekk nagħmlu għax obbligat, dan ifisser li qiegħed nagħmel ix-xogħol li Alla fdali f’idejja. X’inhu melal-ħlas tiegħi?
Li meta nxandar
l-Evanġelju, nxandru b’xejn, bla ma nfittex id-dritt li jagħtini l-Evanġelju stess.
Għax għad li ma jiena marbut ma’ ħadd,
jien għamilt lili
nnifsi lsir ta’ kulħadd
biex nirbaħ lil ħafna.
Sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva lil kulħadd.
Nagħmel dan kollu minħabba l-Evanġelju biex ikolli sehem minnu.
Ma tafux li l-ġerrejja
fl-istadju kollha jiġru,
imma l-premju wieħed jirbħu?
Iġru, mela, ħalli tirbħuh! Kull atleta jiċċaħħad minn kollox, u dawn biex jirbħu kuruna midbiela, imma aħna, waħda li ma tidbielx.
Jien issa hekk niġri,
mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt.
Iżda ngħakkes bl-aħrax
lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Kemm hi għażiża
d-dar tiegħek, Mulej
tal-eżerċti!
Salm Responsorjali
Tixxennaq u tinfena ruħi għat-tempju tal-Mulej; ngħanni ferħan b’ruħi u ġismi lil Alla l-ħaj.
R:/ Kemm hi għażiża
d-dar tiegħek, Mulej
tal-eżerċti!
Sa l-għasfur isib fejn jgħammar,
u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artali tiegħek;
hemm hi tqiegħed
iż-żgħar tagħha,
Mulej ta’ l-eżerċti,
Sultan u Alla tiegħi!
R:/ Kemm hi għażiża
d-dar tiegħek, Mulej
tal-eżerċti!
Henjin dawk li
jgħammru f'darek;
huma jfaħħruk
għal dejjem.
Henjin dawk li jsibu fik
il-qawwa tagħhom,
li għandhom għal qalbhom il-pellegrinaġġ
għat-tempju.
R:/ Kemm hi għażiża
d-dar tiegħek, Mulej
tal-eżerċti!
Għax xemx u tarka
l-Mulej Alla,
ħniena u ġieħ hu
jagħti lilna.
Ebda ġid ma jiċħad
il-Mulej
lil min jimxi bis-sewwa.
R:/ Kemm hi għażiża
d-dar tiegħek, Mulej
tal-eżerċti!
Hallelujah, Hallelujah
Il-kelma tiegħek,
Mulej, hi l-verità;
qaddisna permezz
tal-verità.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa�Lq 6, 39-42
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu:
“Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor?
Mhux it-tnejn jaqgħu
fil-ħofra?
Id-dixxiplu mhuwiex aqwa
mill-imgħallem tiegħu;
imma kull min itemm
it-taħriġ tiegħu jsir
bħall-imgħallem tiegħu.
Għax tara t-tibna
f’għajn ħuk, u ma tarax
it-travu li għandek f'għajnek int?
Kif tista’ tgħidlu lil ħuk,
‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek’, meta m’intix tara t-travu
li għandek f’għajnek int?
Ja wiċċ b’ieħor! Neħħi
l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi
t-tibna minn għajn ħuk.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu