1 of 41

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1, Kor 1, 17-25

2 of 41

Ħuti, Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandar l-Evanġelju, mhux bi kliem l-għerf sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta’ Kristu.

3 of 41

Il-predikazzjoni tas-salib

hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk

li jsalvaw, għalina, hi

l-qawwa ta’ Alla.

4 of 41

Bħalma hu miktub:

‘Neqred l-għerf

tal-għorrief, inwarrab

id-dehen tad-dehnin’

5 of 41

Fejn hu l-għaref? Fejn hu

l-iskriba? Fejn hu l-filosfu

ta’ din id-dinja? Forsi Alla

ma bellahx l-għerf tad-dinja?

6 of 41

U billi, fl-għerf ta’ Alla,

id-dinja b’għerfha ma għarfitx lil Alla,

7 of 41

Alla għoġbu jsalva lil min jemmen bil-bluha

tal-predikazzjoni.

8 of 41

Għax il-Lhud jitolbu

s-sinjali u l-Griegi jfittxu

l-għerf, imma aħna nxandru ’l Kristu msallab,

9 of 41

skandlu għal-Lhud u bluha għall-Griegi;

iżda għal dawk li huma msejħin sew Lhud sew Griegi,

10 of 41

Kristu huwa l-qawwa ta’ Alla u l-għerf ta’ Alla.

11 of 41

Għax il-bluha ta’ Alla hija għarfa iktar mill-bnedmin, u d-dgħufija ta’ Alla hija aqwa mill-bnedmin.

12 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 41

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

Salm Responsorjali

14 of 41

Għannu, ġusti,

bil-ferħ lill-Mulej;

jixirqilhom ifaħħruh

in-nies sewwa.

15 of 41

Faħħru l-Mulej

bid-daqq taċ-ċetra;

għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi.

16 of 41

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

17 of 41

Għax sewwa hi

l-kelma tal-Mulej,

kollox bil-fedeltà

huwa għamel.

18 of 41

Hu jħobb id-dritt

u s-sewwa;

bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.

19 of 41

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

20 of 41

Il-Mulej ixejjen

il-fehmiet tal-ġnus,

ifixkel il-ħsibijiet

tal-popli.

21 of 41

Imma l-fehma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem,

minn żmien għal żmien

il-ħsibijiet ta’ moħħu.

22 of 41

R:/ Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art

23 of 41

Hallelujah, Hallelujah

24 of 41

Ishru, u itolbu l-ħin kollu,

biex tkunu tifilħu tieqfu quddiem Bin il-bniedem.

25 of 41

Hallelujah, Hallelujah

26 of 41

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 25, 1-13

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 41

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu din

il-parabbola:

28 of 41

“Is-Saltna tas-smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar

xebbiet li ħarġu

bl-imsiebaħ tagħhom

biex jilqgħu l-għarus.

29 of 41

Ħamsa minnhom kienu

boloh u ħamsa għaqlin,

għax il-boloh ħadu

l-imsiebaħ imma ma

ħadux żejt magħhom,

30 of 41

waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ

iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.

31 of 41

L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u,

raqdu.

32 of 41

Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat

‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’

33 of 41

Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda l-boloh qalu

lill-għaqlin,

34 of 41

‘Agħtuna ftit żejt minn

tagħkom, għax l-imsiebaħ

tagħna jintfew.’

Qabżu l-għaqlin u qalu,

35 of 41

‘Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru

għand tal-ħanut u ixtru għalikom.’

36 of 41

Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus;

dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq.

37 of 41

Sa fl-aħħar waslu wkoll

ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu,

38 of 41

‘Sinjur, Sinjur, iftħilna!’

Iżda hu weġibhom u qal:

39 of 41

‘Tassew, ngħidilkom,

lilkom ma nafkomx.’

Ishru, mela, għaliex

la tafu l-jum u lanqas

is-siegħa.”

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41