Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Ġeremija.
Ġer 26, 11-16.24
F’dak iż-żmien, il-qassisin u l-profeti kellmu
lill-kapijiet u lill-poplu kollu, u qalulhom:
“Dan ir-raġel ħaqqu
l-mewt, għax ħabbar kontra din il-belt,
kif smajtuh b’widnejkom intom stess.”
Iżda Ġeremija qal
lill-qassisin u lill-poplu kollu:
“Il-Mulej bagħatni nħabbar kontra dan it-tempju u l-belt il-ħwejjeġ kollha li smajtu.
Issa, mela, sewwu l-imġiba tagħkom u għemilkom,
u agħtu widen għas-sejħa
tal-Mulej, Alla tagħkom,
u l-Mulej jindem mid-deni li qal kontra tagħkom.
Ngħid għalija, arawni, ninsab f’idejkom:agħmlu bija dak li jidhrilkom tajjeb u sewwa. Imma kunu afu li, jekk intom toqtluni,
tiċċappsu b’demm bla ħtija, intom u din il-belt u min jgħammar fiha,
għax hu tassew il-Mulej li
bagħatni għandkom
biex insemmgħalkom
f’wiednejkom dawn
il-ħwejjeġ kollha.”
Imbagħad il-kapijiet u
l-poplu kollu qalu
lill-qassisin u l-profeti:
“Dan ir-raġel ma
ħaqqu xejn il-mewt għax
hu kellimna
f’isem il-Mulej Alla tagħna.”
Iżda id Aħikam bin Safan, kienet ma’ Ġeremija biex ma jitilquhx f’idejn
il-poplu u joqtluh.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek weġibni
Salm Responsorjali
Aqlagħni mill-ħama u ma nibqax nieżel;
ħarisni minn min jobgħodni u eħlisni mill-ilma fond.
Tħallix iġorrni l-ilma,
jew jiblagħni d-dagħbien,
u jingħalaq fuqi l-bir!
R:/ O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek weġibni
Imma jiena msejken
u batut;
terfagħni, o Alla,
is-salvazzjoni tiegħek!
Infaħħar l-isem ta’ Alla
bl-għana, �inkabbru b’għana ta’ radd il-ħajr.
R:/ O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek weġibni
Hekk jaraw l-imsejkna
u jifirħu;
u tagħmlu l-qalb, intom
li tfittxu lil Alla.
Għax jisma’ l-fqajrin
il-Mulej,
ma jistmellx l-imjassrin
tiegħu.
R:/ O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek weġibni
Hallelujah, Hallelujah
Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba
s-sewwa, għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 14, 1-12
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Erodi
t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom:
“Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet!
U minħabba f’hekk
il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”
Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba
Erodija, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu:
“Inti lil dik ma tistax iżżommha!”
Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.
Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodija ħarġet fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi;
għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu.
U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu:
“Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”
Is-sultan tnikket, iżda
minħabba l-ġurament li ħa
u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. U bagħat jaqta’ ras Ġwanni fil-ħabs.
U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din
ħaditha lil ommha.
Imbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu
l-aħbar lil Ġesù.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu