1 of 83

2 of 83

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 83

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 83

Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

5 of 83

Mulej Alla, Sultan

tas-sema, Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

6 of 83

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier. Int li tneħħi

d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.

7 of 83

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

8 of 83

Int waħdek Mulej, Int waħdek il-għoli, Ġesù Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu: fil-glorja

tal-Missier Alla. Ammen.

9 of 83

10 of 83

Qari mill-Ktieb tal- Profeta Isaija

Is 62, 1-5

11 of 83

Minħabba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx, sa ma tfeġġ bħal dija

l-ġustizzja tagħha,

12 of 83

tħeġġeġ bħal torċa

s-salvazzjoni tagħha.

13 of 83

Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.

14 of 83

B’isem ġdid għad isejħulek, isem li għad jagħżlu fomm

il-Mulej.

15 of 83

Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.

16 of 83

Ma jgħidulekx aktar

l-Abbandunata, lanqas lil artek l-Imħarbta. Lilek għad isejħulek Għaxqti fiha, u lil artek għad jgħidulha Għarusa;

17 of 83

għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.

Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek

il-Bennej tiegħek;

18 of 83

u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

19 of 83

Ejja Mulej Ġesù

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lill Alla

20 of 83

℟:/ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni

Salm Responsorjali

21 of 83

Int għedt Mulej:

“Għamilt patt

mal-magħżul tiegħi,

ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:

22 of 83

Jien nagħmel li nislek jibqa’ għal dejjem,

li f’kull żmien jibqa’ sħiħ

it-tron tiegħek”.

23 of 83

:/ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni

24 of 83

Hieni l-poplu li jaf jgħajjat bil-ferħ,

li jimxi, Mulej, fid-dawl ta’ wiċċek.

25 of 83

B’ismek jithennew il-jum kollu,

u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu.

26 of 83

℟:/ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni

27 of 83

“Hu jsejjaħli:

‘Int missieri u Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi!’

28 of 83

It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem,

u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ”.

29 of 83

℟:/ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni

30 of 83

Qari mill-Ktieb tal-

Atti tal-Appostli

Atti 13, 16-17. 22-25

31 of 83

Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam

fis-sinagoga, għamel sinjal b’idu u beda jitkellem:

32 of 83

“Nies ta’ Iżrael, u intom

il-ġnus li tibżgħu minn Alla, isimgħuni. Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna.

33 of 83

Meta l-poplu kien jgħix

f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm

bil-qawwa ta’ driegħu.

34 of 83

Meta mbagħad neħħa lil

Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda:

35 of 83

‘Sibt lil David, bin Ġesse, raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien’ ”.

36 of 83

Min-nisel ta’ David, Alla,

skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur,

li hu Ġesù.

37 of 83

Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandar magħmudija ta’ ndiema

lill-poplu kollu ta’ Iżrael.

38 of 83

U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal:

39 of 83

“Jien m’iniex dak li intom

taħsbu li jien. Imma, araw,

warajja ġej wieħed li jien

anqas jistħoqqli nħoll

il-qorq ta’ riġlejh”.

40 of 83

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lill Alla

41 of 83

Hallelujah, Hallelujah

42 of 83

Għada jinqered il-ħażen

tal-art,

u jsaltan fuqna s-Salvatur

tad-dinja.

43 of 83

Hallelujah, Hallelujah

44 of 83

Bidu tal-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 1, 1-25

R:/ Glorja lilek Mulej

45 of 83

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.

Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb,

46 of 83

Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu,

Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar,

Fares nissel lil Ħesron,

47 of 83

Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson,

Naħson nissel lil Salmon,

48 of 83

Salmon nissel lil

Bogħaż minn Raħab,

Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut,

Għobed nissel lil Ġesse,

49 of 83

Ġesse nissel lil David,

is-sultan.

David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija,

Salamun nissel lil Robogħam,

50 of 83

Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa,

Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram,

Ġoram nissel lil Għużżija,

51 of 83

Għużżija nissel lil Ġotam,

Ġotam nissel lil Aħaż,

Aħaż nissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil

Manassi,

52 of 83

Manassi nissel lil Amon,

Amon nissel lil Ġosija, Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu;

53 of 83

kien żmien l-eżilju f’Babilonja.

54 of 83

Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel, Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim,

55 of 83

Eljakim nissel lil Ażor,

Ażor nissel lil Sadok,

Sadok nissel lil Akim,

Akim nissel lil Eliħud, Eliħud nissel lil Elgħażar,

56 of 83

Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,

57 of 83

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu

l-Messija.

58 of 83

Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David,

erbatax-il nisel, minn David sal-eżilju ta’ Babilonja,

erbatax-il nisel;

59 of 83

u mill-eżilju ta’ Babilonja

sal-Messija, erbatax-il nisel.

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk:

60 of 83

ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm

bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

61 of 83

Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li

jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

62 of 83

Meta kien għadu qiegħed

jaħsibha, deherlu anġlu

tal-Mulej fil-ħolm u qallu:

63 of 83

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej

mill-Ispirtu s-Santu.

64 of 83

Hi se jkollha iben,

u inti ssemmih Ġesù,

għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”.

65 of 83

Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej

permezz tal-profeta, meta qal: 

66 of 83

‘Ara, ix-xebba tnissel u

jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El’,

li bi lsienna jfisser

‘Alla magħna’.

67 of 83

Ġużeppi, meta qam, għamel

kif ordnalu l-anġlu

tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

68 of 83

Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.

69 of 83

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

70 of 83

71 of 83

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

72 of 83

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

73 of 83

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

74 of 83

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

75 of 83

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

Kullħadd jinżel għarkopptejh

76 of 83

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

77 of 83

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

78 of 83

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

79 of 83

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

80 of 83

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

81 of 83

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

82 of 83

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

83 of 83