1 of 31

Qari mill-Ittra ta’

San Ġakbu Appostlu

Ġak 4, 13-17

 

2 of 31

Għeżież, issa nkellmu lilkom, intom li tgħidu:

3 of 31

‘Illum jew għada

mmorru f’din jew dik

il-belt u nqattgħu sena hemmhekk, nixtru u

nbigħu u nagħmlu l-flus,’

4 of 31

u intom ma tafux x’għad isir għada!

Għax x’inhi ħajjitkom?

5 of 31

Intom bħal fwar li jidher għal ftit u mbagħad

jgħib.

6 of 31

Flok ma tgħidu:

‘Jekk il-Mulej irid, ngħixu u nagħmlu dan jew dak,’

7 of 31

tiftaħru bil-frugħat tagħkom! Kull ftaħir bħal dan huwa ħażen.

8 of 31

Jekk mela xi ħadd jagħraf

it-tajjeb li għandu jagħmel u ma jagħmlux, jagħmel dnub.

9 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 31

R:/ Henjin il-foqra

fl-ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna tas-Smewwiet

Salm Responsorjali

11 of 31

Isimgħu dan, popli kollha;

agħtu widen, intom ilkoll li tgħixu fid-dinja;

12 of 31

kemm iż-żgħar u l-kbar

tal-poplu,

kemm il-għonja u kemm

il-fqar.

13 of 31

R:/ Henjin il-foqra

fl-ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna

tas-Smewwiet

14 of 31

Għax għandi nibża’

mill-jiem ħżiena,

meta jdur għalija l-ħażen ta’ dawk li jonsbuni?

15 of 31

F’ġidhom it-tama tagħhom;

jiftaħru bil-kotra tal-għana tagħhom.

16 of 31

R:/ Henjin il-foqra

fl-ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna

tas-Smewwiet

17 of 31

Ħadd ma jista’ jifdi lilu nnifsu,

jew jagħti lil Alla l-prezz

tal-fidwa tiegħu.

18 of 31

Għoli wisq il-prezz ta’ ħajtu,

qatt ma jkun biżżejjed,

biex wieħed jgħix għal

dejjem u ma jara qatt il-qabar.

19 of 31

R:/ Henjin il-foqra

fl-ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna tas-Smewwiet

20 of 31

Jara mqar l-għorrief imutu,

l-iblah u l-belhieni lkoll jintemmu,

u lil ta’ wrajhom iħallu ġidhom.

21 of 31

R:/ Henjin il-foqra

fl-ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna

tas-Smewwiet

22 of 31

Hallelujah, Hallelujah

23 of 31

Jiena hu t-Triq, il-Verità u

l-Ħajja, jgħid il-Mulej.

Ħadd ma jmur għand

il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.

24 of 31

Hallelujah, Hallelujah

25 of 31

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 9, 38-40

R:/ Glorja lilek Mulej

26 of 31

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù:

“Mgħallem, wieħed raġel,

li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten

27 of 31

f’ismek u ridna

nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.”

Imma Ġesù qal:

28 of 31

“La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se

jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi.

29 of 31

Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.”

30 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

31 of 31