Qari mit-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lil Timotju�2 Tim 3, 10-17�
Għażiż, inti mxejt warajja
fit-tagħlim tiegħi, fl-imġiba tiegħi, fil-pjan u t-twemmin tiegħi; fis-sabar, fl-imħabba u fil-perseveranza tiegħi;
fil-persekuzzjonijiet u
t-tbatijiet li ġew fuqi
f’Antijokja, f’Ikonju u f’Listra.
X’persekuzzjonijiet
għaddejt minnhom! Iżda ħelisni l-Mulej minnhom
kollha!
U dawk li jridu jgħixu ħajja tajba fi Kristu Ġesù lkoll jgħaddu mill-persekuzzjoni.
Imma n-nies il-ħżiena u
l-uċuħ b’oħra jmorru
mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu.
Imma int ibqa’ miexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu,
u għax sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa,
li jistgħu jagħtuk l-għerf li jwassal għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.
L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa
biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa,
biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma tajba.
Il-Kelma tal-Mulej�R/. Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek
Salm Responsorjali
Hafna li jagħmlu għalija
u jħabbtuni;
imma jien ma nitbigħedx mill-preċetti tiegħek.
Is-sewwa tiegħek
il-qofol ta’ kelmtek;
għal dejjem
id-digrieti tal-ġustizzja tiegħek.
R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek
Il-kbarat għal xejn b’xejn jagħmlu għalija,
imma minn kelmtek
tibża’ qalbi.
Sliem bil-kotra
għal min
iħobb il-liġi tiegħek;
ma hemm
ebda tfixkil għalihom.
R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek
Nistenna
s-salvazzjoni tiegħek,
Mulej;
u nħares il-kmandamenti tiegħek.
Inħares il-preċetti
u l-kmandamenti tiegħek; quddiem għajnejk
l-imġiba tiegħi kollha.
R:/ Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek
Hallelujah, Hallelujah
Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej, u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 12, 35-37
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal:
“Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David?
David stess, imnebbaħ
mill-Ispirtu s-Santu, qal:
‘Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt
l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’
Jekk David stess sejjaħlu
Sidu, mela kif inhu ibnu?”
U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu