1 of 53

Qari mill-Ktieb

ta’Ġob

1, 6-22

2 of 53

Ġara darba li wlied Alla resqu quddiem il-Mulej, u fosthom ġie wkoll ix-Xitan.

U l-Mulej staqsa lix-Xitan:

3 of 53

“Mnejn inti ġej?”

4 of 53

Ix-Xitan wieġeb lill-Mulej u qallu:

5 of 53

“Minn dawra mad-dinja, kont nitlajja 'l hawn u 'l

hemm.”

Il-Mulej raġa' staqsa

lix-Xitan:

6 of 53

“Il-qaddej tiegħi Ġob ħsibt

fih? Ma hawnx ieħor bħalu fid-dinja, raġel perfett u tajjeb, jibża' minn Alla u mbiegħed mill-ħażen.”

7 of 53

Ix-Xitan wieġeb u qal:

“Tgħid għal xejn Ġob jibża‘minn Alla?

8 of 53

Forsi int ma bnejtx ħajt madwaru u madwar daru, u madwar kulma għandu kif iddur?

9 of 53

Berikt kulma għamlu idejh, u ġidu kotor mal-art kollha kemm hi.

10 of 53

Imma midd idek u olqot

kull ma għandu, u tara

jekk jisħtekx f'wiċċek.”

U l-Mulej wieġeb lix-Xitan:

11 of 53

“Ara, kull ma għandu f'idejk. Biss terfax idek fuqu.”

12 of 53

U x-Xitan telaq minn quddiem il-Mulej.

13 of 53

Mela darba wlied Ġob, subjien u bniet, kienu qegħdin jieklu u jixorbu

l-inbid għand ħuhom

il-kbir.

14 of 53

U ġie għand Ġob messaġġier jgħidlu:

15 of 53

“Il-gniedes kienu jaħartu,

bil-ħmir jirgħu ħdejhom:

qabżu fuqhom is-Sabijin u ħatfuhom, u lill-qaddejja darbuhom b'xifer is-sejf.

16 of 53

Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b'dan.”

17 of 53

Kien għadu ma waqafx jitkellem dan, meta ġie ieħor jgħidlu:

18 of 53

“Niżel nar ta' Alla

mis-sema, ħaraq

l-imrieħel u l-qaddejja, u belagħhom. Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b'dan.”

19 of 53

Kif kien għadu jitkellem,

ġie ieħor jgħidlu:

20 of 53

“Il-Kaldin niżlu fi tliet ġemgħat, u nxteħtu fuq

l-iġmla u ħatfuhom, u

lill-qaddejja darbuhom b'xifer is-sejf.

21 of 53

Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b'dan.”

Kif kien għadu jitkellem, ġie ieħor jgħidlu:

22 of 53

“Uliedek, subjien u bniet, kienu qegħdin jieklu u jixorbu l-inbid għand ħuhom il-kbir,

23 of 53

u dlonk qam riħ qawwi

min-naħa tad-deżert,

24 of 53

u ħabat għad-dar min-naħa tal-erba’ kantunieri tagħha u waqgħet fuq

iż-żgħażagħ u mietu.

25 of 53

Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b'dan.”

26 of 53

Imbagħad Ġob qam, ċarrat ħwejġu, qaxxar rasu, niżel wiċċu fl-art u beda jsalli u jgħid:

27 of 53

“Għeri ħriġt minn ġuf ommi, għeri nerġa' mmur hemm. Il-Mulej tani,

il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej.”

28 of 53

F'dan kollu Ġob ma dinibx u ma qalx dagħwa waħda kontra Alla.

29 of 53

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

30 of 53

R:/ Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi

Salm Responsorjali

31 of 53

Isma', Mulej, il-kawża ġusta tiegħi,

ilqa' l-għajta tiegħi,

32 of 53

agħti widen għat-talb tiegħi;

bla qerq huma xufftejja.

33 of 53

R:/ Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi

34 of 53

Mingħandek toħroġ

il-ġustizzja għalija,

għajnejk jaraw

is-sewwa.

35 of 53

Jekk qalbi tiflili,

jekk billejl iżżurni,

jekk inti ġġarrabni,

ma ssib ebda qerq fija.

36 of 53

R:/ Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi

37 of 53

Insejjaħlek,

għax int tweġibni,

o Alla;

ressaq widintek lejja,

isma' kliemi.

38 of 53

Uri t-tjieba tiegħek

tal-għaġeb; int li teħles mill-għedewwa lil min jittama fil-leminija

tiegħek.

39 of 53

R:/ Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi

40 of 53

Hallelujah, Hallelujah

41 of 53

Bin il-bniedem ma

ġiex biex ikun moqdi,

imma biex jaqdi u biex

jagħti ħajtu f’fidwa

għall-kotra.

42 of 53

Hallelujah, Hallelujah

43 of 53

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 9, 46-50

R:/ Glorja lilek Mulej

44 of 53

F’dak iż-żmien, qamet

kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom.

45 of 53

Ġesù għaraf x'kellhom

f'moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom:

46 of 53

“Min jilqa' lil dan it-tifel żgħir minħabba f'ismi,

ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni.

47 of 53

Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu

l-kbir.”

48 of 53

Qabeż Ġwanni u qallu:

49 of 53

“Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f'ismek,

u ridna nżommuh,

għax hu m'huwiex wieħed minn tagħna.”

50 of 53

Imma Ġesù qallu:

51 of 53

“La żżommuhx, għax min m'huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

52 of 53

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

53 of 53