1 of 81

Il-parabbola

taż-żerriegħa

2 of 81

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 81

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 81

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 81

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 81

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 81

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 81

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 81

Il-parabbola

taż-żerriegħa

10 of 81

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Isaija

Is 55, 10-11

11 of 81

Dan jgħid il-Mulej:

“Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet,

u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art,

12 of 81

imma jġegħluha tnissel u tnibbet, u tagħti

ż-żerriegħa lil min jiżra’ u l-ħobż lil min jiekol,

hekk jiġri minn kelmti:

13 of 81

hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel”.

14 of 81

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

15 of 81

R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet

il-frott

Salm Responsorjali

16 of 81

Inti żżur l-art u ssaqqiha,

u tagħniha bil-ġid tiegħek.

Il-wied ta’ Alla mimli

bl-ilma,

17 of 81

il-qamħ tagħhom ħejjejtilhom.

18 of 81

R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet

il-frott

19 of 81

Hekk int tħejjiha:

issaqqi r-raddiet u twitti

t-tub tagħha,

bl-irxiex trattabha u tberkilha ż-żrieragħ.

20 of 81

Fawwart is-sena bi tjubitek,

triqatek bil-ġid joqtru.

21 of 81

R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet

il-frott

22 of 81

Joqtru bin-nida l-mergħat tad-deżert,

u bil-ferħ jitħażżmu

l-għoljiet.

23 of 81

Il-mergħat jimtlew

bl-imrieħel,

il-widien jinksew

bil-qamħ;

24 of 81

jgħajtu lkoll u jgħannu

bil-ferħ!

25 of 81

R:/ Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet

il-frott

26 of 81

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 8, 18-23

27 of 81

Ħuti, jiena għadni persważ li t-tbatijiet ta’ issa ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina.

28 of 81

Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana

r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla; għax il-ħolqien jinsab taħt il-frugħa –

29 of 81

mhux minn rajh, imma minħabba dak li xeħtu taħtha –

30 of 81

bit-tama li l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tat-taħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta’ wlied Alla.

31 of 81

Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed

bl-uġigħ tal- ħlas;

32 of 81

u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna

l-ewwel frott tal-Ispirtu,

33 of 81

aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew

l-adozzjoni ta’ wlied,

il-fidwa ta’ ġisimna.

34 of 81

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

35 of 81

Hallelujah, Hallelujah

36 of 81

Iż-żerriegħa hi l-Kelma ta’ Alla u l-bidwi hu Kristu:

kull min isib lilu, għandu

l-ħajja ta’ dejjem.

37 of 81

Hallelujah, Hallelujah

38 of 81

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 1-23

R:/ Glorja lilek Mulej

39 of 81

Dakinhar Ġesù ħareġ

mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm.

40 of 81

U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha;

41 of 81

in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

U qalilhom:

42 of 81

“Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija,

43 of 81

ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija,

44 of 81

u malajr nibtu, għax

il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda mbagħad telgħet

ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq.

45 of 81

Oħrajn waqgħu qalb

ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.

46 of 81

Imma oħrajn waqgħu

f’art tajba, u għamlu

l-frott, min mija, min sittin, u min tletin. Min għandu widnejn, ħa jisma!”.

47 of 81

Resqu lejh id-dixxipli u staqsew:

“Għaliex tkellimhom

bil-parabboli?”.

Hu weġibhom:

48 of 81

“Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri

tas-Saltna tas-Smewwiet, iżda lilhom dan ma kienx mogħti.

49 of 81

Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.

50 of 81

Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux.

51 of 81

U hekk isseħħ fihom

il-profezija ta’ Isaija li tgħid,

52 of 81

‘Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux, u tħarsu

kemm tħarsu ma tarawx.

53 of 81

Għax il-qalb ta’ dan

il-poplu twebbset;

kienu tqal biex jisimgħu b’widnejhom,

54 of 81

u għalqu għajnejhom

li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom,

u jisimgħu b’widnejhom

u jifhmu b’moħħhom,

55 of 81

u hekk ibiddlu ħajjithom

u jiena nfejjaqhom’.

56 of 81

Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom,

għax qegħdin jisimgħu.

57 of 81

Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx,

58 of 81

u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom, u ma semgħuhx!

59 of 81

Mela isimgħuha intom

il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’.

60 of 81

Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq

il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu:

61 of 81

dan huwa dak li nżera’

mal-mogħdija. Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ;

62 of 81

imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu

l-għawġ,

63 of 81

jew isib miniħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel.

64 of 81

Dak li nżera’ qalb ix-xewk huwa dak li jisma’ l-kelma

65 of 81

iżda l-inkwiet żejjed

għall-ħwejjeġ tad-dinja u

l-ġibda għall-ġid tal-art joħonqulu l-kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott.

66 of 81

Dak imbagħad li

nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott;

67 of 81

dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin”.

68 of 81

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

69 of 81

Il-parabbola

taż-żerriegħa

70 of 81

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

71 of 81

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

72 of 81

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

73 of 81

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

74 of 81

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

75 of 81

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

76 of 81

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

77 of 81

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

78 of 81

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

79 of 81

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

80 of 81

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

81 of 81

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.