Il-Ħamis wara�L-Erbgħa tal-Irmied�
Qari mill-Ktieb �tad-Dewteronomju�Dewt 30, 15-20�
Mosè kellem lill-poplu u qal:
“Ara jiena llum qegħedtlek quddiemek
il-ħajja u l-ġid, il-mewt u d-deni.
Issa jekk tisma’ mil-liġi
tal-Mulej, Alla tiegħek, li qiegħed nordnalek illum: li tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek,
li timxi fit-triqat tiegħu, u li tħares l-ordnijiet u
l-liġijiet u d-digrieti tiegħu, int tgħix u titkattar,
u l-Mulej, Alla tiegħek, ibierkek fl-art li int sejjer fiha biex teħodha f’idejk.
Imma jekk qalbek iddur u ma tismax, tintgħewa u tqim allat oħra u taqdihom, jien ngħidilkom illum li tinqerdu żgur;
ma ddumux żmien twil fuq l-art, li int se taqsam il-Ġordan biex tidħol fiha u teħodha f’idejk.
Insejjaħ illum is-sema u
l-art b’xhieda kontrikom: il-ħajja u l-mewt, li jien illum qegħedt quddiemek, il-barka u s-saħta.
Agħżel il-ħajja biex tgħix int u nislek, billi tħobb
lill-Mulej, Alla tiegħek,
u tisma’ l-kelma tiegħu, u torbot qalbek miegħu,
għax din hi ħajtek u t-tul ta’ jiemek li tgħammar
fl-art li Alla ħalef li jagħtiha lil missirijietek,
lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Hieni l-bniedem
li jqiegħed fil-Mulej
it-tama tiegħu
Salm Responsorjali
Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri
tal-ħżiena,
li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,
li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;
imma fil-liġi tal-Mulej hi
l-għaxqa tiegħu,
lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.
R:/ Hieni l-bniedem
li jqiegħed fil-Mulej
it-tama tiegħu
Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma
li tagħmel il-frott fi żmienha,
u l-weraq tagħha ma jidbielx;
hu jirnexxi f’kulma jagħmel.
R:/ Hieni l-bniedem
li jqiegħed fil-Mulej
it-tama tiegħu
Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk;
iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.
Għax triq it-tajbin
il-Mulej jafha;
imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.
R:/ Hieni l-bniedem
li jqiegħed fil-Mulej
it-tama tiegħu
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Indmu, jgħid il-Mulej,
għax is-Saltna
tas-Smewwiet waslet.
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 9, 22-25
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh
ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u
fit-tielet jum iqum”.
Darba qal lil kulħadd:
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu
jiċħad lilu nnifsu,
jerfa’ salibu kuljum,
u jimxi warajja.
Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha.
Għax x’jiswielu
l-bniedem li jikseb
id-dinja kollha u mbagħad jintilef jew jinqered?”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Il-Ħamis wara�L-Erbgħa tal-Irmied�