Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Galatin
Gal 3, 1-5
Ja Galatin bla moħħ, min saħħarkom bi kliemu?
Intom li Ġesù Kristu tpinġa msallab quddiem għajnejkom!
Dan biss irrid naf mingħandkom: l-Ispirtu
rċevejtuh mill-opri tal-Liġi jew mis-smigħ tal-fidi?
Daqshekk intom boloh?
Bdejtu bl-ispirtu u issa sa tkomplu bil-ġisem?
Batejtu dan kollu għal xejn,
jekk tassew għal xejn?
Meta Alla jagħtikom
l-Ispirtu u juri s-setgħa tiegħu permezz tagħkom, dan isir bis-saħħa ta’ l-opri tal-Liġi jew bis-smigħ tal-fidi?
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu
Salm Responsorjali
Waqqaf għalina qawwa
ta’ salvazzjoni
f’dar David qaddej tiegħu,
bħalma wiegħed
fl-imgħoddi
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu.
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi
l-poplu tiegħu
Biex isalvana
mill-għedewwa tagħna,
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu.
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi
l-poplu tiegħu
Fil-ħalfa li ħalef lil
Abraham missierna:
li jagħtina l-grazzja li,
wara li jeħlisna minn idejn
l-għedewwa tagħna,
naqduh bla biża’,
tul ħajjitna kollha,
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha.
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi
l-poplu tiegħu
Hallelujah, Hallelujah
Iftħilna qalbna Mulej,
biex nifhmu dak li kien jgħid ibnek.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa�Lq 11, 5-13
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu:
‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed
ħabib tiegħi mill-vjaġġ u
ma għandix x’nagħtih’.
U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu:
‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik’.
Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kulma jkollu bżonn minħabba
l-wiċċ sfiq tiegħu.
U jiena ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. Għax min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib;
u min iħabbat, jiftħulu. Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp?
Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba,
kemm aktar il-Missier
mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu