Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Ħadd il-Palm
u l-Passjoni
tal-Mulej
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Isaija
Is 50, 4-7
Sidi l-Mulej tani lsien ta’ wieħed jitgħallem,
biex nagħraf ngħin
lill-għajjien b’xi kelma.
Ta’ kull filgħodu jqajjimli lil widinti, biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.
Sidi l-Mulej fetaħli widinti,
u jiena ma webbistx rasi, ma rġajtx lura.
Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni, ħaddejja lil dawk li kien jnittfuli lħiti;
ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq.
Sidi l-Mulej jgħinni,
għalhekk ma nitħawwadx;
għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied: jien naf li ma jkollix mniex nistħi.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?
Salm Responsorjali
Dawk kollha li jarawni jidħku bija,
jgħajbuni, iħarrku rashom u jgħidu:
“F’idejn il-Mulej intelaq; ħa jeħilsu hu!
Ħa jsalvah hu, għax bih jitgħaxxaq!”.
R/. Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?
Qabda klieb daru għalija;
ġemgħa nies ħżiena rassewni.
Taqqbuli idejja u riġlejja;
nista’ ngħodd għadmi kollu.
R/. Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?
Ħwejġi qasmu bejniethom,
jaqtgħu x-xorti għal-libsa tiegħi.
Mulej, la titbegħidx minni;
qawwa tiegħi, fittex għinni!
R/. Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?
Inxandar ismek lil ħuti;
infaħħrek f’nofs il-ġemgħa.
Faħħru l-Mulej, intom li tibżgħu minnu;
sebbħuh ilkoll, nisel Ġakobb!
ibżgħu minnu lkoll, ulied Iżrael!
R/. Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Filippin
Fil 2, 6-11
Ġesù Kristu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,
iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’lsir, sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;
ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi
sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh
sas-smewwiet u żejnu
bl-isem li hu fuq kull isem,
biex fl-isem ta’ Ġesù
– fis-sema, fl-art u f’qiegħ
l-art – il-ħlejjaq kollha jinżlu għarrkubbtejhom, u kull ilsien jistqarr:
“Ġesù Kristu hu l-Mulej”,
għall-glorja ta’ Alla
l-Missier.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Minħabba fina Kristu obda sal-mewt, anzi
sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.
Glorja u Tifħir
Glorja u Tifħir
Lilek Kristu
Il-Passjoni ta’ Sidna
Ġesù Kristu skont
San Mattew
Mt 26, 14 – 27, 66
K: F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda
l-Iskarjota, mar għand
il-qassisin il-kbar u qalilhom:
S: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”
K: U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil
Ġesù f’idejhom.
Fl-ewwel jum tal-Ażżmi
d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu:
P: “Fejn tridna nħejjulek
l-ikla tal-Għid?”
K: U hu qalilhom:
Ġ: “Morru l-belt għand
it-tali, u għidulu:
‘Qallek l-Imgħallem:
Is-siegħa tiegħi waslet;
jien se nagħmel l-ikla
tal-Għid għandek
mad-dixxipli tiegħi’.”
K: Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew
l-ikla ta’ l-Għid.
Għall-ħin ta’ filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal:
Ġ: “Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini”.
K: Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih:
P: “Jaqaw jien, Mulej?”
K: U Ġesù weġibhom:
Ġ: “Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.
Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu....
....Bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa!
Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!”.
K: Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu:
S: “Jaqaw jien, Rabbi?”
K: Wieġbu Ġesù:
Ġ: “Int qiegħed tgħidu”.
K: Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal:
Ġ: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi”.
K: Imbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal:
Ġ: “Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi,
id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra
għall-maħfra tad-dnubiet.
Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan
il-frott tad-dielja…
…sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom
fis-Saltna ta’ Missieri”.
K: Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.
Imbagħad Ġesù qalilhom:
Ġ: “Ilkoll kemm intom se titħawdu minħabba fija f’dan il-lejl; għax hemm miktub:
‘Nidrob ir-ragħaj, u
n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu’. Imma wara li nqum mill-mewt, immur
il-Galilija qabilkom”.
K: Qabeż Pietru u qallu:
S: “Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma nitħawwad qatt”.
K: Qallu Ġesù:
Ġ: “Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden
is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet”.
K: Qallu Pietru:
S: “Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek!”.
K: U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.
Imbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’qasam, jgħidulu
l-Ġetsemani, u qal
lid-dixxipli:
Ġ: “Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob”.
K: U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.
Imbagħad qalilhom:
Ġ: “Għandi ruħi mnikkta għall-mewt, ibqgħu hawn u ishru miegħi”.
K: Mexa kemmxejn ’il quddiem, inxteħet wiċċu
fl-art jitlob u jgħid:
Ġ: “Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan
il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int”.
K: Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru:
Ġ: “Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi?...
...Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib.
l-ispirtu, iva, irid; imma
l-ġisem dgħajjef ”.
K: Għat-tieni darba raġa’ mar jitlob u qal:
Ġ: “Missieri, jekk dan
il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek”.
K: Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.
Ħalliehom, u raġa’ mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem. Imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom:
Ġ: “Issa se torqdu u tistrieħu? Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f’idejn
il-midinbin. Qumu!
Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa
fil-qrib!”.
K: Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b’ġemgħa kbira ta’ nies miegħu,
armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin
il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.
Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom:
S: “Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh”.
K: U minnufih resaq fuq Ġesù; u qallu:
S: “Is-sliem għalik, Rabbi!”.
K: U biesu. U Ġesù qallu:
Ġ: “Ħabib, għalhekk ġejt int!”.
K: Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh. Wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf,
darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.
Imbagħad Ġesù qallu:
Ġ: “Erġa’ daħħal sejfek f’postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.
Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta’ anġli?
Iżda mbagħad kif isseħħ
l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?”
K: Fl-istess waqt Ġesù qal:
Ġ: “Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u
bil-bsaten biex taqbdu lili!
Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix.
Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba tal-profeti”.
K: Imbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu. Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa,
il-qassis il-kbir,
fejn ġa kienu nġabru
l-kittieba u x-xjuħ. Pietru kien baqa’ miexi warajh mill-bogħod sal-palazz
tal-qassis il-kbir;
daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.
Il-qassisin il-kbar u
s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh
il-mewt,
iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh.
Fl-aħħar resqu tnejn u qalu:
P: “Dan qal: ‘Nista’ nħott it-tempju ta’ Alla u nerġa’ nibnih fi tlitt ijiem’ .”
K: Il-qassis il-kbir qam u qallu:
S: “Xejn ma twieġeb? X’inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?”
K: Imma Ġesù baqa’ sieket. Imbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu:
S: “Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix
il-Messija, Bin Alla”.
K: Qallu Ġesù:
Ġ: “Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll:...
minn issa ’l quddiem għad taraw lil Bin il-bniedem bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta’ dak li jista’ kollox u ġej fuq is-sħab tas-sema”.
K: Imbagħad il-qassis
il-kbir ċarrat ilbiesu u qal:
S: “Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta’ xhieda? Ara, smajtuha issa
d-dagħwa! X’jidhrilkom?”
K: Huma weġbuh u qalu:
P: “Ħaqqu l-mewt!”
K: Imbagħad beżqulu f’wiċċu u tawh bil-ponn,
u xi wħud tawh bil-ħarta u qalulu:
P: “Aqta’ min tahielek, Messija, din id-daqqa!”.
K: Intant Pietru kien hemm
barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz. U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu:
S: “Int ukoll kont ma’ Ġesù tal-Galilija!”.
K: Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal:
S: “Anqas naf xi trid tgħid”.
K: Imbagħad warrab lejn
il-bieb,
lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu hemm:
S: “Dan kien ma’ Ġesù ta’ Nażaret”.
K: U raġa’ ċaħad u ħalef:
S: “Jien ma nafux lil dan
il-bniedem!”.
K: Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu:
S: “Tassew, inti wkoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta’ kliemek tikxfek”.
K: Imbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef:
S: “Le, ma nafux lil dan
il-bniedem!”.
K: U minnufih is-serduk
idden. U Pietru ftakar
fil-kliem ta’ Ġesù meta qallu:
‘Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet’. U ħareġ ’il barra jibki biki ta’ qsim il-qalb.
L-għada filgħodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom
biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt.
Rabtuh u ħaduh magħhom biex jagħtuh f’idejn Pilatu,
il-gvernatur.
Imbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien
ikkundannat,
nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin
il-kbar u x-xjuħ biex jerġa’ jagħtihomlhom lura;
u qalilhom:
S: “Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija!”.
K: Iżda huma qalulu:
S: “Aħna din x’inhi affari tagħna? Dak arah int!”.
K: Hu waddab il-flus
fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq.
Imbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu:
S: “Dawn ma nistgħux inqegħduhom ma’ l-offerti,
għax huma prezz
tad-demm”.
K: Ftiehmu bejniethom, u b’dawk il-flus xtraw
“l-Għalqa ta’ Ħaddiem
il-Fuħħar,” biex fiha jidfnu
l-barranin.
Kien għalhekk li dik
l-għalqa ssemmiet
“l-Għalqa tad-Demm”,
u hekk għadha magħrufa sa llum. Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz
tal-profeta Ġeremija meta qal:
“U ħadu t-tletin biċċa
tal-fidda, il-prezz ta’ dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael,
u tawhom għall-għalqa ta’ħaddiem il-fuħħar, kif ikkmandani l-Mulej”.
K: Ġesù waqaf quddiem
il-gvernatur, u dan staqsieh:
S: “Int is-sultan tal-Lhud?”
K: U Ġesù wieġbu:
Ġ: “Int qiegħed tgħidu”.
K: Iżda meta l-qassisin
il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn. Għalhekk Pilatu qallu:
S: “M’intix tisma’ kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?”
K: Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa’ mistagħġeb ħafna.
Nhar ta’ festa, il-gvernatur
kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma. Dik
il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.
Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom:
S: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu
l-Messija?”
K: Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f’idejh.
Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu:
S: “Qis li ma jkollokx x’taqsam ma’ dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm”.
K: Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu lil Ġesù. Il-gvernatur, mela, raġa’ staqsiehom:
S: “Lil min triduni nitilqilkom minnhom
it-tnejn?”
K: Weġbuh ilkoll:
P: “Lil Barabba”.
K: Qalilhom Pilatu:
S: “U x’nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-Messija?”
K: Weġbuh ilkoll:
P: “Sallbu!”.
K: Hu staqsiehom:
S: “Imma x’għamel ħażin?”
K: Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu:
P: “Sallbu!”.
K: Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala’ xi rewwixta, qabad,
ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal:
S: “Jien m’iniex ħati ta’ dan id-demm: dan arawh intom!”.
K: U l-poplu kollu qabeż u qal:
P: “Demmu fuqna u fuq uliedna!”.
K: Imbagħad telqilhom lil
Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.
Imbagħad is-suldati
tal-gvernatur ħadu lil Ġesù
fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.
Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur; qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f’idu l-leminija,
inxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu:
P: “Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!”.
K: Beżqu fuqu, u ħadulu
l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.
Imbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu
l-mantar u xeddewlu ħwejġu.U ħaduh magħhom biex isallbuh.
Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.
Meta waslu f’post jgħidulu Golgota, jiġifieri post
il-Qorriegħa, tawh jixrob inbid b’taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.
Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti, u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.
U qegħdulu fuq rasu l-kawża
tal-kundanna tiegħu li kienet tgħid hekk:
“Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud”.
Imbagħad miegħu sallbu
żewġ ħallelin, wieħed fuq
il-lemin u l-ieħor fuq
ix-xellug.
Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh, iċaqilqu rashom u jgħidu:
P: “Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa’ tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta’ Alla, u inżel minn fuq is-salib!”.
K: Hekk ukoll il-qassisin
il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu:
P: “Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta’ Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq
is-salib u ......
..... nemmnu fih! Hu jafda f’Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu! Għax hu qal: “Jiena Bin Alla!”.
K: U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li
kienu msallbin miegħu.
Mis-sitt siegħa ’l quddiem waqgħet dalma kbira fuq
il-pajjiż kollu sad-disa’ siegħa.
U madwar id-disa’ siegħa Ġesù għajjat b’leħen qawwi u qal:
Ġ: “Elì, Elì, lemà sabaqtàni?”
K: Jiġifieri: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”
Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu:
P: “Lil Elija qiegħed isejjaħ dan!”.
K: U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall,
waħħalha f’tarf ta’ qasba u tah jixrob, waqt li l-oħrajn qalu:
P: “Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah!”.
K: Imma Ġesù raġa’ għajjat għajta kbira u radd ruħu.
Kulħadd jinżel għarkubbtejh u jinżamm
is-skiet għal ftit ħin.
U ara l-purtiera
tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel; l-art theżhżet,
il-blat inqasam, u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta’ qaddisin li kienu mietu,
li ħarġu mill-oqbra u wara
l-qawmien tiegħu daħlu
fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.
Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta’ Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, imtlew b’biża’ li ma bħalu u qalu:
P: “Dan kien tassew Bin Alla!”.
K: Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu
mill-bogħod,
dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu
fil-Galilija: fosthom kien hemm Marija ta’ Magdala,
Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew. Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi,
li hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Ġesù; mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù. Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.
Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f’liżar nadif, qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat,
gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq. Iżda Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.
L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija,
il-qassisin il-kbar u
l-Fariżej inġabru għand Pilatu u qalulu:
S: “Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal: “Wara tlitt ijiem inqum”.
Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu
d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu:
“Qam mill-imwiet”. U hekk il-qerq tal-aħħar ikun agħar minn tal-ewwel!”.
K: Qalilhom Pilatu:
S: “Għandkom l-għassa. Morru ħarsuh tajjeb kif tafu”.
K: U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex
il-qabar jibqa’ mħares sewwa, u ħallew ukoll
l-għassa miegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R: Tifħir lilek Kristu
Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Ħadd il-Palm
u l-Passjoni
tal-Mulej
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.