1 of 36

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Efesin

Efes 1, 15-23

2 of 36

Ħuti, jien li smajt bil-fidi tagħkom fil-Mulej Ġesù u bl-imħabba tagħkom lejn

il-qaddisin kollha,

3 of 36

ma nixba’ qatt niżżi ħajr minħabba fikom meta niftakar fikom fit-talb tiegħi.

4 of 36

Ħalli Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-glorja, jagħtikom spirtu ta’ għerf li jirrivelahielkom biex tagħrfuha sewwa;

5 of 36

u jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom;

6 of 36

x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin.

7 of 36

Tagħrfu x’inhu l-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu finali emminna, skont il-ħila

tal-qawwa kbira tiegħu,

8 of 36

li ħaddem fi Kristu, meta qajmu mill-imwiet u qiegħdu fil-lemin tiegħu

fis-smewwiet,

9 of 36

’il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma,

’il fuq minn kull isem li jissemma,

10 of 36

mhux biss għaż-żmien ta’ issa, imma wkoll għal li ġej.

Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh,

11 of 36

u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi Ġismu, il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox.

12 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 36

R:/ Qegħedt lil Ibnek fuq

l-għemejjel kollha ta’ jdejk

Salm Responsorjali

14 of 36

Mulej, Sid tagħna,

kemm hu kbir

ismek fl-art kollha!

15 of 36

Int qegħedt is-sebħ

tiegħek 'il fuq

mis-smewwiet.

16 of 36

Int, li s-sebħ tiegħek

jgħannih fomm it-tfal

u t-trabi tal-ħalib;

17 of 36

R:/ Qegħedt lil Ibnek fuq

l-għemejjel kollha ta’ jdejk

18 of 36

Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk,

il-qamar u l-kwiekeb

li int qegħedt fihom!

19 of 36

X'inhu l-bniedem

biex tiftakar fih,

bin il-bniedem,

biex taħseb fih?

20 of 36

R:/ Qegħedt lil Ibnek fuq

l-għemejjel kollha ta’ jdejk

21 of 36

Ftit inqas mill-allat għamiltu,

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta' idejk!

22 of 36

Kollox taħt riġlejh qegħedtlu:

23 of 36

R:/ Qegħedt lil Ibnek fuq

l-għemejjel kollha ta’ jdejk

24 of 36

Hallelujah, Hallelujah

25 of 36

L-Ispirtu tal-verità

jixhed għalija,

jgħid il-Mulej

u intom ukoll tixhdu

26 of 36

Hallelujah, Hallelujah

27 of 36

Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa

Lq 12, 8-12

R:/ Glorja lilek Mulej

28 of 36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

29 of 36

“Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem

il-bnedmin li huwa miegħi,

30 of 36

Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta' Alla.

Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin,

31 of 36

jien niċħad lilu quddiem

l-anġli ta' Alla.

U kull min jgħid xi ħaġa

kontra Bin il-bniedem tinħafirlu;

32 of 36

iżda min jieqaf

lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux.

33 of 36

Meta jeħdukom quddiem

is-sinagogi u l-kapijiet

u s-setgħat, toqogħdux

tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x'sejrin tgħidu,

34 of 36

għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak

il-ħin stess x'għandkom tgħidu.”

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36