1 of 37

Is-Sibt

tal-Ewwel Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 37

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 30, 19-21.23-26

3 of 37

Poplu ta’ Sijon, int li tgħammar f’Ġerusalemm, ma tibkix aktar.

4 of 37

Il-Mulej iħenn għalik

mal-ħoss tal-għajta tiegħek, malli jisimgħek jagħtik widen.

5 of 37

u l-ilma tan-niket, iżda ma jinħebiex iżjed minnek

l-Imgħallem tiegħek għajnejk jaraw l-Imgħallem tiegħek.

6 of 37

Minn warajk jisimgħu widnejk kliem li jwissik u jgħidlek:

7 of 37

“Din hi t-triq, għaddi minnha, sew jekk tikser lejn il-lemin, sew lejn

ix-xellug.”

8 of 37

U hu jibgħat ix-xita fuq

il-miżrugħ tiegħek, u l-qamħ,

frott l-art, ikun bnin u mimli. Dakinhar l-imrieħel tiegħek jirgħu f’wesgħat kbar;

9 of 37

fir-raba’ l-gniedes u l-ħmir tax-xogħol jieklu għalf

immellaħ, imderri bil-midra u mgħoddi mill-għarbiel.

U fuq kull muntanja kbira;

10 of 37

fuq kull għolja wieqfa, ikun hemm xmajjar ta’ ilma f’jum il-ħerba l-kbira, f’jum

it-tiġrif tal-fortizzi.

11 of 37

Id-dawl tal-qamar ikun jiddi

bħad-dawl tax-xemx, u

d-dawl tax-xemx jitqawwa seba’ darbiet, daqs id-dawl ta’ sebat ijiem;

12 of 37

dakinhar il-Mulej idewwi

l-ġrieħi tal-poplu tiegħu u jfejjaq it-tbenġil tas-swat tiegħu.

13 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 37

R:/ Alla ġust hu

l-Mulej; henjin dawk

li jafdaw fih.

Salm Responorjali

15 of 37

Faħħru l-Mulej,

għax tajjeb li tgħanni

lil Alla tagħna;

għax ħelu u xieraq

it-tifħir tiegħu.

16 of 37

Jibni ’l Ġerusalemm

il-Mulej,

jiġma’ l-imxerrdin

ta’ Iżrael.

17 of 37

R:/ Alla ġust hu

l-Mulej; henjin dawk

li jafdaw fih.

18 of 37

Hu jfejjaq il-qlub

maqsuma,

hu jorbot il-ġrieħi

tagħhom;

19 of 37

Hu jgħodd in-numru

tal-kwiekeb,

kollha jsejħilhom

b’isimhom.

20 of 37

R:/ Alla ġust hu

l-Mulej; henjin dawk

li jafdaw fih.

21 of 37

Kbir Sidna il-Mulej,

u ta’ qawwa kbira,

bla tarf id-dehen tiegħu.

22 of 37

Jerfa’ l-imsejknin

il-Mulej,

u jniżżel sal-art il-ħżiena.

23 of 37

R:/ Alla ġust hu

l-Mulej; henjin dawk

li jafdaw fih.

24 of 37

Hallelujah, Hallelujah

25 of 37

Il-Mulej il-leġislatur

tagħna.

Il-Mulej is-sultan tagħna,

hu li jsalvana.

26 of 37

Hallelujah, Hallelujah

27 of 37

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 9, 35-10,1.6-8

R:/ Glorja lilek Mulej

28 of 37

F’dak iż-żmien: Ġesù

dar l-bliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju

tas-Saltna,

29 of 37

u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.

30 of 37

Ra n-nies u tħassarhom,

għax kienu mdejqa u

mitluqa bħal nagħaġ bla

ragħaj. Imbagħad qal

lid-dixxipli tiegħu:

31 of 37

“Il-ħsad huwa kbir,

iżda l-ħaddiema ftit.

Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema

għall-ħsad tiegħu!”

32 of 37

Sejjaħ lejh it-tnax-il

dixxiplu tiegħu, u tahom

is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom,

33 of 37

u jfejqu kull xorta ta’

mard u ’l kull min kien

nieqes minn saħħtu.

U tahom dawn l-ordnijiet:

34 of 37

“Morru fittxu in-nagħaġ

il-mitlufa tad-dar ta’ Iżrael. Intom u sejrin,

xandru u għidu li s-Saltna

tas-Smewwiet waslet.

35 of 37

Fejqu l-morda, qajmu

l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten.

B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.”

36 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

37 of 37

Is-Sibt

tal-Ewwel Ġimgħa

tal-Avvent