1 of 31

Qari mill-Ktieb

tal-Proverbji

Prov 21, 1-6.10-13

2 of 31

Qalb is-sultan nixxiegħa ilma f’id il-Mulej; hu jmexxiha kull fejn jogħġbu.

3 of 31

Kulma jagħmel il-bniedem hu safi f’għajnejh, imma

l-Mulej jiżinlu qalbu.

4 of 31

Li tagħmel il-ħaqq u

s-sewwa jogħġob lill-Mulej aktar mis-sagrifiċċju.

5 of 31

Għajnejn merfugħa u qalb imkabbra; dan hu s-sinjal

tal-ħżiena, u hu dnub.

6 of 31

Min hu bil-għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu; imma min jgħaġġel jiġi fil-bżonn.

7 of 31

Min jaħżen il-ġid bil-qerq ta’ lsienu bħal duħħan li jgħib u bħal xibka

tal-mewt.

8 of 31

Qalb il-ħażin tixtieq id-deni; m’għandux ħniena lanqas minn ħbiebu.

9 of 31

Bit-twiddib tal-vjolenti jitgħallem iċ-ċkejken;

u l-għaref bit-tagħlim

ikattar għerfu.

10 of 31

Alla l-ġust iħares lejn dar il-ħażin; il-ħżiena jitfagħhom fil-ħsara.

11 of 31

Min jagħlaq widnejh

għall-għajta tal-fqir,

ħadd ma jwieġbu meta jgħajjat hu.

12 of 31

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 31

R:/ Mexxini

mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek

Salm Responsorjali

14 of 31

Henjin dawk li triqthom bla ħtija,

li jimxu fil-liġi tal-Mulej.

15 of 31

Fehemni t-triq tal-preċetti tiegħek,

biex naħseb fuq għeġubijietek.

16 of 31

R:/ Mexxini

mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek

17 of 31

Jiena għażilt it-triq

tas-sewwa;

ħtart għalija d-digrieti tiegħek.

18 of 31

Fehemni biex inħares il-liġi tiegħek

u nagħmilha b’qalbi kollha.

19 of 31

R:/ Mexxini

mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek

20 of 31

Mexxini mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek,

għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi.

21 of 31

Inħares il-liġi tiegħek għal dejjem,

u għal dejjem ta’ dejjem.

22 of 31

R:/ Mexxini

mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek

23 of 31

Hallelujah, Hallelujah

24 of 31

Hienja dawk li jisimgħu

l-kelma ta’ Alla

u jħarsuha.

25 of 31

Hallelujah, Hallelujah

26 of 31

Qari mill-Evanġelju ta’

San Luqa

Lq 8, 19-21

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 31

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu:

28 of 31

“Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”.

Iżda hu weġibhom:

29 of 31

“Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”.

30 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

31 of 31