1 of 43

Qari mill-Ewwel Ktieb

ta’ Samwel

1 Sam 4, 1-11

2 of 43

F’dak iż-żmien, Iżrael ħareġ biex jitqabad mal-Filistin, u waqqfu l-kamp tagħhom f’Eben-għeżer, u l-Filistin waqqfuh f’Afek.

3 of 43

Il-Filistin tqassmu quddiem Iżrael, u ħadet ġlieda sewwa. L-Iżraelin tħarbtu quddiem il-Filistin,

4 of 43

u sfaw midruba fir-raba’ xi erbat elef raġel.

Meta l-poplu raġa’ daħal

fil-kamp, ix-xjuħ ta’ Iżrael staqsew:

5 of 43

“Għaliex il-Mulej ħarbatna llum quddiem il-Filistin?

6 of 43

Ħa nġibu minn Silo l-arka tal-patt tal-Mulej, u tiġi f’nofsna u ssalvana

mill-għedewwa tagħna.”

7 of 43

Il-poplu bagħat iġib minn Silo l-arka tal-patt tal-Mulej tal-eżerċti li qiegħed fuq

il-kerubini.

8 of 43

Mal-arka tal-patt ta’ Alla kien hemm iż-żewġ ulied ta’ Għeli: Ħofni u Fineħas. Malli l-arka tal-patt

tal-Mulej waslet fil-kamp,

9 of 43

l-Iżraelin kollha għajtu għajta kbira, hekk li theżżet l-art.

Il-Filistin semgħuh il-ħoss ta’ dik l-għajta, u qalu:

10 of 43

“X’inhu dan il-ħoss ta’ din l-għajta fil-kamp

tal-Għebrej?”

11 of 43

U saru jafu li l-arka

tal-Mulej kienet waslet

fil-kamp. U l-Filistin beżgħu għaliex, kif qalu,

12 of 43

“Ġie Alla fil-kamp!”

U qalu:

“Jaħasra għalina! Qatt ma ġrat ħaġa bħal din

s’issa.

13 of 43

Jaħasra għalina! Min se jeħlisna minn id dawn

l-allat qawwija?

14 of 43

Dawn huma l-allat li ħarbtu lill-Eġizzjani b’kull xorta ta’ kastigi fid-deżert.

15 of 43

Agħmlu l-qalb u kunu rġiel, Filistin, ħalli ma taqgħux ilsiera tal-Għebrej, bħalma kienu huma lsiera tagħkom. Kunu rġiel u tqabdu!”

16 of 43

Il-Filistin tqabdu, u l-Iżraelin tħarbtu, u kulħadd ħarab lejn l-għarix tiegħu;

17 of 43

kien hemm tħarbita sħiħa, u minn Iżrael waqgħu tletin

elf raġel mill-fanterija.

18 of 43

L-arka ta’ Alla nqabdet, u mietu ż-żewġ ulied ta’

Għeli: Ħofni u Fineħas.

19 of 43

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 43

Salm Responsorjali

R:/ Eħlisna, Mulej, f’ġieħ it-tieba tiegħek

21 of 43

Mulej, issa warrabtna u ċekkintna,

ma għadekx toħroġ

mal-eżerċti tagħna.

22 of 43

Ġagħaltna nduru lura minn quddiem l-għadu;

dawk li jobogħduna ħatfulna ħwejjiġna.

23 of 43

R:/ Eħlisna, Mulej, f’ġieħ it-tieba tiegħek

24 of 43

Waqqajtna għaż-żebliħ

tal-ġirien tagħna,

għaċ-ċajt u t-tkasbir ta’ dawk ta’ madwarna.

25 of 43

Ġibtna fi lsien il-ġnus,

u l-popli jħarsu lejna u jħarrku rashom.

26 of 43

R:/ Eħlisna, Mulej, f’ġieħ it-tieba tiegħek

27 of 43

Qum! Għax int rieqed, Sid tiegħi?

Stenbaħ! La twarrabniex għal dejjem.

28 of 43

Għaliex taħbi wiċċek minna?

Għaliex tinsa d-dwejjaq u

t-tagħkis tagħna?

29 of 43

R:/ Eħlisna, Mulej, f’ġieħ it-tieba tiegħek

30 of 43

Hallelujah, Hallelujah

31 of 43

Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna

u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

32 of 43

Hallelujah, Hallelujah

33 of 43

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 1, 40-45

R:/ Glorja lilek Mulej

34 of 43

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu:

35 of 43

“Jekk trid, tista’ tfejjaqni!

Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu:

36 of 43

“Irrid, kun imnaddaf!”

37 of 43

U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.

U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu:

38 of 43

“Qis li ma tgħid xejn

lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis,

39 of 43

u agħmel offerta

għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.”

40 of 43

Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher,

41 of 43

imma kien jibqa’ barra

fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.

42 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

43 of 43