Il-Ħamis
tat-Tielet Ġimgħa
tal-Avvent
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Iżaija
Iż 54, 1-10
Ifraħ int, mara bla tfal li ma wlidtx; infexx għanni u għajjat bil-ferħ, int li qatt ma ħassejt uġigħ il-ħlas!
Għax ħafna aktar huma
wlied il-mitluqa minn ulied il-miżżewġa, jgħid il-Mulej.
Kabbar il-post tal-għarix tiegħek, wessa’ t-tined
tal-għamajjar tiegħek,
tibżax għalihom; tawwal
il-ħbula tiegħek, waħħal tajjeb il-kunjardi.
Għax lejn il-lemin għad tinfirex u lejn ix-xellug,
u nislek jiret il-ġnus, u
fl-ibliet mitluqa jgħammar.
Tibżax, int ma jkollokx mniex tistħi!
Tħammarx aktar wiċċek,
għax għajb ma jkollokx aktar.
Int għad tinsa l-għajb ta’ rmulitek, ma tiftakarx iżjed fil-mistħija tar-romol tiegħek.
L-għarus tiegħek il-Ħallieq tiegħek, Jaħweh tal-eżerċti jismu; il-feddej tiegħek,
il-Qaddis ta’ Iżrael, Alla
tal-art kollha jissejjaħ.
Iva, bħal mara mitluqa u mdejqa f’qalbha sejjaħlek
il-Mulej. Jista’ wieħed jitlaq il-mara ta’ żgħożitu?
– jgħid il-Mulej Alla tiegħek.
Għal ftit jien tlaqtek;
imma bi mħabba bla qjies jien nerġa’ niġbrok
Fis-saħna tal-korla ħbejt wiċċi għal ftit minnek;
bi mħabba ta’ dejjem inħenn għalik, jgħid il-Mulej,
il-Feddej tiegħek.
Dan għalija bħal fi żmien Noè, meta ħlift li l-ilma ma
jerġax jgħarraq l-art.
Hekk naħlef issa li ma nisħonx aktar għalik,
u lanqas ma nċanfrek.
Jistgħu jitħarrku l-muntanji,
jitheżżu l-għoljiet, imma mħabbti minn miegħek ma titħarrikx, u s-sliem tal-patt tiegħi ma jitheżiżx, jgħid
il-Mulej li jħenn għalik.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R./ Ngħollik, Mulej, għax erfajtni
Salm Responsorjali
Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,
u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.
Mulej, tellajtli mill-mewt ’il ruħi,
ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra.
R./ Ngħollik, Mulej, għax erfajtni
Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,
faħħru l-isem imqaddes tiegħu.
Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,
iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.
Fil-għaxija jidħol il-biki,
fil-għodu jidwi l-għajjat ta’ ferħ.
R./ Ngħollik, Mulej, għax erfajtni
Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija;
kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.
Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,
Mulej, Alla tiegħi, infaħħrek għal dejjem!
R./ Ngħollik, Mulej, għax erfajtni
Hallelujah, Hallelujah
Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu;
u l-bnedmin kollha jaraw
is-salvazzjoni ta’ Alla.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 7, 24-30
R:/ Glorja lilek Mulej
Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni:
“Xi ħriġtu taraw
fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu
sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom,
anzi xi ħaġa iżjed minn profeta. Dan hu li fuqu hemm miktub:
‘Ara, jiena nibgħat qablek
il-messaġġier tiegħi biex iħejjilek it-triq quddiemek’.
Ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ma hemm ħadd akbar minn Ġwanni.
U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna ta’ Alla hu akbar minnu”.
Meta semgħu dan, il-poplu kollu u sa l-istess pubblikani għarfu l-ġustizzja ta’ Alla, billi tgħammdu
bil-magħmudija ta’ Ġwanni.
Imma l-Fariżej u l-għorrief tal-Liġi ġiebu fix-xejn
il-pjan li Alla kien fassal għalihom, ladarba ma laqgħux il-magħmudija ta’ Ġwanni.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Il-Ħamis
tat-Tielet Ġimgħa
tal-Avvent