22 ta’ Lulju
Festa ta’
Santa Marija Maddalena
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
22 ta’ Lulju
Festa ta’
Santa Marija Maddalena
Qari mill-Ktieb
tal-Għanja tal-Għanjiet
Għan 3, 1-4a
Matul il-lejl fuq soddti jien fittixt lil dak li qalbi tħobb. Fittixtu: ma sibtux! Ħa nqum, għalhekk, u mmur indur mal-belt,
u fit-triqat u l-pjazez noqgħod infittex dak li qalbi tħobbu.
Fittixtu: ma sibtux! Itaqgħu miegħi mbagħad in-nies
tal-għassa, dawk li mal-belt iduru. Lil dak li qalbi tħobb rajtuh jewwilla?
Bilkemm ilħaqt għaddejthom li jiena sibt lil dak li qalbi tħobbu.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!
Salm Responsorjali
O Alla, int Alla tiegħi!
Għalik inbakkar jiena.
Għalik għatxana ruħi,
ġismi qed inin għalik,
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!
Irrid niġi naħseb fik
fit-tempju,
biex nara s-setgħa tiegħek u l-glorja tiegħek.
Għax il-grazzja tiegħek aħjar mill-ħajja,
xofftejja jfaħħruk
R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!
Hekk inbierkek ħajti kollha,
u f’ismek nerfa’ idejja.
Bħalma jien nimtela b’ikel li jsemmen,
hekk fommi jgħanni b’xofftejn ferrieħa.
R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!
Għax int kont għajnuna għalija;
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Ruħi miegħek tqabbad;
lili żżommni l-leminija tiegħek.
R:/ Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!
Hallelujah, Hallelujah
Għidilna, Marija, ħabbrilna: fit-triq ’il min rajt: Jien rajt qabar Kristu li rxoxta fis-sebħ
tal-qawmien.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Ġwann
Ġw 20:1-2.11-18
R:/ Glorja lilek Mulej
Jien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam,
u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.
Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda,
wieħed in-naħa tar-ras u
l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù.
Huma qalulha:
“Mara, għalfejn qiegħda, tibki?”
Hi wieġbet:
“Għax ħadu ’l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh.”
Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha:
“Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex?”
Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu:
“Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.”
Ġesù weġibha:
“Marjam!”
Hi daret u qaltlu:
“Rabbuni!”
(jiġifieri, Mgħallem).
Ġesù qalilha:
“Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u
Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.”
“Rajt il-Mulej u tani
dil-bxara.”
Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar:
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu

“Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u Missierkom,
Alla tiegħi u Alla tagħkom.”
“Rajt il-Mulej u tani
dil-bxara.”
Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar:
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
22 ta’ Lulju
Festa ta’
Santa Marija Maddalena