��
Tibzax, int sibt grazzja quddiem
Alla
��
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Iżaija
Iż 7, 10-14
F’dak iż-żmien, il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u jgħidlu:
“Itlob sinjal għalik mingħand il-Mulej, Alla
tiegħek, f’qiegħ l-art jew fl-għoli tas-smewwiet”.
U Aħaż wieġeb:
“Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej”.
U l-profeta wieġeb:
“Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed
għalikom li tkiddu
lill-bnedmin, biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess:
Araw, ix-xebba titqal u tiled iben, u ssemmih Għimmanu-el”.
Ejja Mulej Ġesù
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
℟:/ Araw, ġej il-Mulej,
is-Sultan tal-glorja!
Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha,
id-dinja u kulma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha,
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha.
℟:/ Araw, ġej il-Mulej,
is-Sultan tal-glorja!
Min jista’ jitla’ fuq
l-għolja tal-Mulej?
Min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu idejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa.
℟:/ Araw, ġej il-Mulej,
is-Sultan tal-glorja!
Dan ikollu barka mingħand il-Mulej,
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh;
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.
℟:/ Araw, ġej il-Mulej,
is-Sultan tal-glorja!
Hallelujah, Hallelujah
O Muftieħ ta’ David,
li tiftaħ bibien is-Saltna ta’ dejjem,
ejja ħa toħroġ lill-bniedem
mill-jasar u d-dlam tal-ħabs.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 1, 26-38
R:/ Glorja lilek Mulej
Fis-sitt xahar Alla bagħat
l-anġlu Gabrijel f’belt
tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba,
mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David.
Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha:
“Sliem għalik, mimlija
bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.
Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem,
u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha:
“Tibżax, Marija, għax inti
sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.
Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli.
Il-Mulej Alla jagħtih
it-tron ta’ David missieru
u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu”.
Iżda Marija qalet lill-anġlu:
“Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”.
Wieġeb l-anġlu u qalilha:
“L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis,
U jissejjaħ Bin Alla. Ara,
il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf,
u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”.
Imbagħad qalet Marija:
“Ara, jiena l-qaddejja
tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek”.
U l-anġlu telaq minn quddiemha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
��
Tibzax, int sibt grazzja quddiem
Alla