1 of 127

Sena A

Ir-Raba’ Ħadd

tar-Randan

2 of 127

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 127

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 127

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 127

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 127

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 127

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 127

Sena A

Ir-Raba’ Ħadd

tar-Randan

9 of 127

Qari I

David ikkonsagrat sultan ta’ Iżrael.

​

​

​

Qari mill-Ewwel Ktieb

tal-Profeta Samwel. 16, 1b.6-7.10-13a

10 of 127

F’dak iż-żmien,

il-Mulej qal lil Samwel:

«Imla l-qarn biż-żejt

u itlaq.

11 of 127

«Jien se nibagħtek

għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu

jien għażilt għalija sultan.»

12 of 127

Ġara li malli wasal,

Samwel ra lil Elijab u qal: «Hawn quddiem

il-Mulej il-midluk tiegħu?»

13 of 127

U l-Mulej qal lil Samwel: «Tħarisx

lejn is-sura tiegħu,

jew it-tul ta’ persuntu, għax jiena diġa’ warrabtu.

14 of 127

«Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher

fl-għajn, imma l-qalb.»

15 of 127

Ġesse

ressaq quddiem Samwel sebgħa minn uliedu;

16 of 127

imma Samwel qallu:

«Il-Mulej ma ħatar

lil ħadd minn dawn.»

17 of 127

U ssokta jgħidlu:

«Dawn huma

t-tfal kollha?»

18 of 127

Ġesse wieġbu:

«Għad fadal iż-żgħir,

qiegħed jirgħa n-nagħaġ.»

19 of 127

U Samwel qal lil Ġesse:

«Ibgħat għalih u ġibu,

għax ma noqogħdux

fuq il-mejda

qabel ma jiġi hawn.»

20 of 127

U bagħat għalih u ġiebu.

Kien żagħżugħ ruxxan, għajnejh ħelwin,

u sabiħ fis-sura tiegħu.

21 of 127

U l-Mulej qal lil Samwel:

«Qum u idilku,

għax dan hu.»

22 of 127

Samwel ħa f’idejh

il-qarn biż-żejt,

u dilku quddiem ħutu.

23 of 127

Minn dakinhar

’il quddiem

niżel fuq David u ħakmu

l-ispirtu tal-Mulej.

24 of 127

​

​

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

25 of 127

Salm Responsorjali

Salm22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

​

​

℟. Il-Mulej

hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

26 of 127

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

27 of 127

Ħdejn l-ilma,

fejn nistrieħ, jeħodni;

hemm hu jrejjaqni.

28 of 127

℟. Il-Mulej

hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

29 of 127

Imexxini

fit-triq tas-sewwa

minħabba l-isem tiegħu.

30 of 127

Imqar jekk nimxi

f’wied mudlam,

ma nibżax mill-ħsara,

għax inti miegħi.

31 of 127

Il-ħatar tiegħek

u l-għasluġ tiegħek,

huma jwennsuni.

32 of 127

℟. Il-Mulej

hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

33 of 127

Int

tħejji mejda għalija

quddiem

l-għedewwa tiegħi.

34 of 127

Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi

tfawwarli.

35 of 127

℟. Il-Mulej

hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

36 of 127

Miegħi, iva,

jimxu t-tjieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.

37 of 127

U ngħammar

f’dar il-Mulej

sakemm indum ħaj!

38 of 127

℟. Il-Mulej

hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

39 of 127

Qari II

Qum mill-imwiet ħa jiddi fuqek Kristu.

​

​

Qari mill-Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Efesin. 5, 8-14

40 of 127

Ħuti,

intom kontu darba dlam,

imma issa

intom dawl fil-Mulej;

41 of 127

għixu

ta’ wlied id-dawl li intom;

frott id-dawl jinsab

42 of 127

f’kull ma hu tjieba,

f’kull ma hu ġustizzja,

f’kull ma hu verità.

43 of 127

Fittxu li tagħrfu dak li jogħġob lill-Mulej,

u tisseħbux fl-għemejjel

tad-dlam bla frott,

imma ikxfuhom fil-beraħ.

44 of 127

Għax dak li qegħdin

jagħmlu huma fil-moħbi,

tistħi mqar

jekk issemmih;

45 of 127

imma meta

wieħed joħroġhom

fil-beraħ,

id-dawl juri kollox,

46 of 127

għax kull ma jidher

hu dawl;

għalhekk jingħad:

47 of 127

«Stenbaħ int,

li int rieqed,

u qum mill-imwiet,

ħa jiddi fuqek Kristu.»

48 of 127

​

​

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

49 of 127

​

�Glorja u tifħir

lilek Kristu.

50 of 127

Ara Ġw 8, 12

​

Jiena d-dawl tad-dinja,

jgħid il-Mulej;

min jiġi warajja

jkollu d-dawl tal-ħajja.

51 of 127

​

�Glorja u tifħir

lilek Kristu.

52 of 127

Evanġelju

Mort, inħsilt, u ġejt nara.

​

​

​

✠ Qari mill-Evanġelju

skont San Ġwann. 9, 1-41

53 of 127

F’dak iż-żmien,

kif kien għaddej,

Ġesù lemaħ raġel

agħma minn twelidu,

54 of 127

u d-dixxipli tiegħu staqsewh:

55 of 127

«Rabbi,

dan twieled agħma

għax dineb hu stess,

jew għax dinbu

l-ġenituri tiegħu?»

56 of 127

Ġesù wieġeb:

«Mhux għax dineb hu

jew il-ġenituri tiegħu,

57 of 127

«imma ġralu hekk

biex l-għemil ta’ Alla

jidher fih.

58 of 127

«Sakemm għadu bi nhar,

jeħtiġilna nagħmlu

x-xogħol

ta’ dak li bagħatni,

59 of 127

«għax jasal il-lejl

meta ħadd

ma jkun jista’ jaħdem.

60 of 127

«Sakemm

għadni fid-dinja,

jiena hu

d-dawl tad-dinja.»

61 of 127

«Kif qal dan,

beżaq fl-art,

għamel minnu qisu tajn,

u dilek bih

għajnejn ir-raġel agħma

62 of 127

u qallu:

«Mur inħasel

fil-menqgħa ta’ Silwam.

» Din tfisser “il-Mibgħut”.

63 of 127

Mela dak mar,

inħasel u ġie jara.

64 of 127

Il-ġirien u dawk

li s-soltu kienu jarawh,

għax hu kien tallab, qalu:

65 of 127

«Dan m’huwiex dak

li kien joqgħod

bilqiegħda jittallab?»

66 of 127

Xi wħud qalu:

«Iva, hu.»

Oħrajn qalu:

«Le, imma jixbhu.»

67 of 127

Iżda hu qalilhom:

«Jiena hu.»

Qalulu:

«Mela kif

infetħulek għajnejk?»

68 of 127

Weġibhom:

«Wieħed raġel,

jgħidulu Ġesù,

69 of 127

«għamel ftit tajn,

dilikli għajnejja bih,

u qalli:

“Mur fis-Silwam

u nħasel hemm.”

70 of 127

«Mort, inħsilt,

u ġejt nara.»

71 of 127

Qalulu:

«Fejn huwa dan ir-raġel?» Qalilhom:

«Ma nafx.»

72 of 127

Lil dan il-bniedem

li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-Fariżej.

73 of 127

Issa dakinhar li Ġesù

għamel it-tajn

u fetaħ għajnejn l-agħma nzerta kien is-Sibt.

74 of 127

Il-Fariżej ukoll staqsew

mill-ġdid lill-agħma

kif sar jara.

75 of 127

U hu qalilhom:

«Qegħedli ftit tajn

fuq għajnejja,

mort ninħasel,

u issa qiegħed nara.»

76 of 127

Xi wħud mill-Fariżej qalu: «Dan il-bniedem

m’huwiex ġej

mingħand Alla,

għax ma jħarisx is-Sibt.»

77 of 127

Iżda oħrajn qalu:

«Kif jista’ wieħed midneb jagħmel sinjali

bħal dawn?»

U ma qablux bejniethom.

78 of 127

U reġgħu qalu lill-agħma:

«Int x’jidhirlek minnu,

issa li fetaħlek għajnejk?»

Qalilhom:

«Dak profeta.»

79 of 127

Il-Lhud ma ridux jemmnu

li hu kien agħma

u ħa d-dawl

80 of 127

qabel ma bagħtu

għall-ġenituri

ta’ dak li sar jara,

u staqsewhom:

81 of 127

«Dan, li intom

qegħdin tgħidu

li twieled agħma,

dan binkom?

Mela issa kif ġie jara?»

82 of 127

Il-ġenituri tiegħu

wieġbu u qalulhom:

«Nafu li dan hu

t-tifel tagħna

u li twieled agħma;

83 of 127

«imma kif issa ġie jara,

dan ma nafuhx,

u anqas ma nafu

min fetaħlu għajnejh

84 of 127

«Staqsu lilu:

żmien għandu,

ħa jitkellem hu

għalih innifsu.»

85 of 127

Il-ġenituri tiegħu

wieġbu hekk

għaliex beżgħu mil-Lhud,

86 of 127

għax il-Lhud kienu

ġa ftiehmu bejniethom

li jekk xi ħadd jistqarr

li Ġesù hu l-Messija,

87 of 127

isib ruħu barra

mis-sinagoga.

88 of 127

Kien għalhekk

li l-ġenituri wieġbu:

«Żmien għandu,

staqsu lilu.»

89 of 127

Għal darb’oħra

reġgħu bagħtu

għal dak li kien agħma

u qalulu:

90 of 127

«Agħti glorja lil Alla!

Aħna nafu

li dan il-bniedem

huwa midneb.»

91 of 127

Dak weġibhom:

«Jekk hux midneb ma nafx. Ħaġa waħda naf:

li jien kont agħma

u issa qiegħed nara.»

92 of 127

Qalulu:

«Imma hu x’għamillek?

Kif fetaħhomlok għajnejk?»

93 of 127

U hu weġibhom:

«Ġa għedtilkom u

ma smajtux!

Xi tridu tisimgħu iżjed?

94 of 127

«Jaqaw

tridu intom ukoll

issiru dixxipli tiegħu?»

95 of 127

U qabdu jgħajruh

u qalulu:

«Dak int dixxiplu tiegħu!

Aħna ta’ Mosè dixxipli!

96 of 127

«Aħna nafu li

lil Mosè kellmu Alla,

imma dan ma nafux

minn fejn hu!»

97 of 127

Weġibhom ir-raġel

u qalilhom:

98 of 127

«Sewwa!

Hawn qiegħed l-għaġeb,

li intom ma tafux

minn fejn inqala’,

99 of 127

«u madankollu

lili fetaħli għajnejja!

100 of 127

«Aħna nafu li Alla

mhux se jisma’

lill-midinbin;

101 of 127

«iżda mbagħad

jekk wieħed

ikun iqim lil Alla

u jagħmel ir-rieda tiegħu,

lil dan jisimgħu.

102 of 127

«Qatt fid-dinja ma nstema’

li xi ħadd fetaħ

għajnejn wieħed

agħma mit-twelid.

103 of 127

«Li kieku dan ma kienx ġej mingħand Alla,

xejn ma kien ikollu

ħila jagħmel.»

104 of 127

Imbagħad qabżu u qalulu:

«Int se tgħallem lilna,

int li twelidt

dnubiet waħdek.»

U keċċewh ’il barra.

105 of 127

Ġesù sama’

li keċċewh ’il barra;

sabu u qallu:

«Temmen inti

f’Bin il-bniedem?»

106 of 127

Dak wieġeb u qallu:

«Min hu, Mulej,

biex nemmen fih?»

107 of 127

Qallu Ġesù:

«Mhux biss rajtu,

imma huwa dak stess

li qiegħed ikellmek.»

108 of 127

Qallu:

«Nemmen, Mulej!»

U nxteħet

għarkubbtejh quddiemu.

109 of 127

Imbagħad Ġesù qal:

«Jien ġejt fid-dinja

biex nagħmel ħaqq,

biex min ma jarax isir jara,

u min jara jagħma.»

110 of 127

Xi wħud mill-Fariżej

li kienu hemm madwaru semgħuh jgħid dan

u staqsewh:

«Aħna wkoll għomja?»

111 of 127

Weġibhom Ġesù:

«Li kieku kontu għomja,

ma kontux

tkunu ħatja ta’ dnub.

112 of 127

«Imma issa

qegħdin tgħidu:

“Aħna naraw,”

mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom.»

113 of 127

​

​

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

114 of 127

Sena A

Ir-Raba’ Ħadd

tar-Randan

115 of 127

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

116 of 127

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

117 of 127

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

118 of 127

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

119 of 127

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

120 of 127

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

121 of 127

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

122 of 127

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

123 of 127

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

124 of 127

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

125 of 127

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

126 of 127

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

127 of 127

Sena A

Ir-Raba’ Ħadd

tar-Randan