1 of 64

Nibnu fuq

il-Blat

2 of 64

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 64

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 64

Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 64

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 64

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 64

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 64

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 64

Nibnu fuq

il-Blat

10 of 64

Qari mill-Ktieb

tad-Dewteronomju

Dewt 11, 18.26-28.32

11 of 64

Mosè kellem lill-poplu u qal:

12 of 64

“Qiegħdu dawn il-kelmiet tiegħi f’qalbkom u f’moħħkom;

13 of 64

orbtuhom b’sinjali ma’ idejkom u dendluhom bejn għajnejkom. Araw, jiena llum inqiegħed quddiemkom barka u saħta;

14 of 64

il-barka, jekk tħarsu

l-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, li jiena llum qiegħed nordnalkom;

15 of 64

u s-saħta, jekk ma tħarsux

il-kmandamenti

tal-Mulej, Alla tagħkom,

16 of 64

imma toħorġu mit-triq li jiena llum qiegħed

nordnalkom, biex timxu wara allat oħra li ma kontux tafu bihom.

17 of 64

Qisu li tagħmlu l-liġijiet, u d-digrieti li jien qiegħed inqegħdilkom

illum quddiemkom.”

18 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

19 of 64

Salm Responsorjali

R:/ Mulej, kun blata

tal-kenn għalija

20 of 64

Fik, Mulej, jien nistkenn;

ma jkolli qatt għax nirgħex.

21 of 64

Fil-ġustizzja tiegħek salvani,

agħtini widen u fittex eħlisni.

22 of 64

R:/ Mulej, kun blata

tal-kenn għalija

23 of 64

Kun blata tal-kenn għalija,

fortizza qawwija ta’ salvazzjoni.

24 of 64

Inti l-blata u l-fortizza tiegħi;

f’ġieħ ismek mexxini u wassalni.

25 of 64

R:/ Mulej, kun blata

tal-kenn għalija

26 of 64

Uri d-dawl ta’ wiċċek

lill-qaddej tiegħek;

fit-tjieba tiegħek eħlisni.

27 of 64

Issaħħu u qawwu qalbkom

intom ilkoll li tittamaw

fil-Mulej.

28 of 64

R:/ Mulej, kun blata

tal-kenn għalija

29 of 64

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 3, 21-25a.28

30 of 64

Ħuti, issa l-ġustizzja ta’ Alla dehret mingħajr

il-Liġi, għad li l-Liġi

u l-profeti jixhdu għaliha.

31 of 64

U din hi l-ġustizzja ta’ Alla u li Alla jagħti permezz

tal-fidi f’Ġesù Kristu lil dawk li jemmnu, bla ma

jagħżel bejniethom.

32 of 64

Il-bnedmin kollha dinbu u

ċċaħħdu mill-glorja

ta’ Alla;

33 of 64

għalhekk issa huma jkunu ġġustifikati bil-grazzja tiegħu li jagħtihielhom minn rajh permezz tal-fidwa li hemm

fi Kristu Ġesù.

34 of 64

Lilu Alla qiegħdu sagrifiċċju ta’ tpattija

għall-maħfra tad-dnubiet għal dawk li jemmnu bih. U dan bis-saħħa ta’ demmu.

35 of 64

Għax aħna għandna fehma sħiħa li l-bniedem ikun iġġustifikat permezz

tal-fidi mingħajr l-opri

tal-Liġi.

36 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

37 of 64

Hallelujah, Hallelujah

38 of 64

Jiena d-dielja, intom

il-friegħi, jgħid il-Mulej;

min jibqa’ fija u jiena fih,

dan jagħmel ħafna frott.

39 of 64

Hallelujah, Hallelujah

40 of 64

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 7, 21-27

41 of 64

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

42 of 64

“Mhux kull min jgħidli:

‘Mulej, Mulej’, jidħol

fis-Saltna tas-Smewwiet,

43 of 64

iżda min jagħmel

ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

44 of 64

F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna,

45 of 64

u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli? Imbagħad jien ngħidilhom:

46 of 64

‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’

47 of 64

Għalhekk, kull min jisma’

dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.

48 of 64

Niżlet ix-xita, ġew

il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha

s-sisien tagħha fuq il-blat.

49 of 64

Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.

50 of 64

Niżlet ix-xita, ġew

il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u

ġġarrfet u kbira kienet

il-qerda tagħha!”

51 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Tifħir Lilek Kristu.

52 of 64

Nibnu fuq

il-Blat

53 of 64

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

54 of 64

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

55 of 64

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

56 of 64

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

57 of 64

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

58 of 64

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

59 of 64

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

60 of 64

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

61 of 64

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

62 of 64

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

63 of 64

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

64 of 64

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.