1 of 37

Qari mill-Ittra ta’

San Ġakbu Appostlu

Ġak 2, 1-9

2 of 37

Ħuti, tħalltux il-fidi f’Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna

tal-glorja, mal-ħarsien lejn l-uċuħ.

3 of 37

Għax jekk fil-laqgħat tagħkom jidħol xi ħadd

biċ-ċrieket tad-deheb f’subgħajh u bi lbies ilellex,

4 of 37

imbagħad jidħol xi ħaddieħor fqir liebes imċerċer, u intom idduru ma’ dak bl-ilbies ilellex u tgħidulu:

5 of 37

“Int oqgħod komdu bilqiegħda”, waqt li lill-fqir tgħidulu: “Int oqgħod bilwieqfa”,

6 of 37

jew “Oqgħod bilqiegħda fuq il-mirfes ta’ riġlejja”, ma jidhrilkomx li tkunu qegħdin tagħmlu għażla bejniethom,

7 of 37

u hekk issiru mħallfin qarrieqa?

Isimgħu, ħuti għeżież:

8 of 37

mhux Alla kien li għażel

lill-foqra għad-dinja biex jistagħnu fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh?

9 of 37

Imma intom

lill-fqir inqastuh mill-ġieħ. Mhumiex l-għonja li jaħqrukom?

10 of 37

Mhumiex huma li jkaxkrukom lejn il-qrati? Mhumiex huma li jżebilħu dak l-isem ta’ ġieħ li ġie msejjaħ fuqkom?

11 of 37

Jekk tħarsu bir-reqqa l-aqwa liġi, skont ma hemm

fl-Iskrittura: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”,

12 of 37

intom tkunu tagħmlu sewwa imma jekk tħarsu lejn

l-uċuħ, tidinbu, u l-Liġi tixlikom bħala nies li tkunu ksirtuha.

13 of 37

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 37

Salm Responsorjali

R:/ Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu

15 of 37

Kull ħin inbierek il-Mulej;

tifħiru dejjem fuq fommi.

Bil-Mulej tiftaħar ruħi;

jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

16 of 37

R:/ Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu

17 of 37

Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi;

ħa ngħollu ismu flimkien.

18 of 37

Jien fittixt il-Mulej, u weġibni,

minn kull biża’ tiegħi ħelisni.

19 of 37

R:/ Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu

20 of 37

Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,

u ma jkollkomx għax tistħu.

21 of 37

Dan il-fqajjar sejjaħ u

l-Mulej semgħu,

u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.

22 of 37

R:/ Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu

23 of 37

Hallelujah, Hallelujah

24 of 37

Il-kliem tiegħek huwa spirtu u ħajja.

Inti għandek il-kliem

tal-ħajja ta’ dejjem.

25 of 37

Hallelujah, Hallelujah

26 of 37

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 8, 27-33

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 37

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu.

28 of 37

Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din

il-mistoqsija:

29 of 37

“Min jgħidu n-nies li jien?”

Weġbuh u qalulu:

30 of 37

“Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”.

Hu staqsiehom:

31 of 37

“Imma intom, min tgħidu li jien?”.

Qabeż Pietru u qallu:

“Inti l-Messija”.

32 of 37

Imbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuqu. U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin

il-bniedem ibati ħafna,

33 of 37

ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u

l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa’ jqum. Fuq dan kellimhom ċar.

34 of 37

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu:

35 of 37

“Itlaq minn quddiemi, ja xitan, għax m’intix taħseb fil-ħwejjeġ ta’ Alla, imma f’dawk tal-bnedmin”.

36 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

37 of 37