1 of 70

Tlieta u Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom,

għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.”

2 of 70

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 70

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 70

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 70

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 70

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 70

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 70

Tlieta u Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom,

għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.”

9 of 70

Qari I

Għalikom titla’ x-xemx tal-ġustizzja.

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Malakija Mal 3:19-20a

10 of 70

Ara, jiġi l-Jum, jaqbad qisu forn, u l-kburin kollha u dawk kollha li jagħmlu l-ħażen ikunu tiben,

11 of 70

u l-jum li ġej għad jaħraqhom, jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

hekk li ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.

12 of 70

Imma għalikom li tibżgħu minn ismi titla’ x-xemx

tal-ġustizzja, bis-salvazzjoni fuq ġwenħajha.

13 of 70

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

14 of 70

Salm Responsorjali

Salm 97(98):5-6,7-8,9a,9bċ

℟. Il-Mulej jagħmel

ħaqq mill-popli.

15 of 70

Għannu lill-Mulej biċ-ċetra,

biċ-ċetra u bil-ħlewwa

tal-għana,

16 of 70

bit-trombi u bid-daqq

tat-trumbetti;

għajtu bil-ferħ quddiem

il-Mulej is-sultan!

17 of 70

℟. Il-Mulej jagħmel

ħaqq mill-popli.

18 of 70

Ħa jriegħed il-baħar

u kulma fih,

id-dinja u kulma

jgħammar fiha.

19 of 70

Ħa jċapċpu x-xmajjar idejhom,

u l-muntanji flimkien jgħajtu bil-ferħ quddiem il-Mulej.

20 of 70

℟. Il-Mulej jagħmel

ħaqq mill-popli.

21 of 70

Għax il-Mulej ġej

biex jagħmel ħaqq mill-art;

22 of 70

hu jagħmel ħaqq

mid-dinja bil-ġustizzja,

u mill-popli bis-sewwa.

23 of 70

℟. Il-Mulej jagħmel

ħaqq mill-popli.

24 of 70

Qari II �Jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol.

Qari mit-Tieni Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lit-Tessalonikin 2 Tess 3:7-12

25 of 70

Ħuti, intom stess tafu kif jeħtieġ li timxu fuq l-eżempju tagħna.

26 of 70

Aħna ma tgħażżinniex

meta konna fostkom;

il-ħobż li kilna,

27 of 70

ħadd ma tahulna b’xejn;

imma lejl u nhar ħdimna u tħabatna u batejna biex

ma nkunu ta’ piż għal ħadd minnkom.

28 of 70

Imxejna hekk mhux għax ma għandniex dritt li żżommuna intom, imma ridna nagħtukom eżempju biex timxu fuqu.

29 of 70

Meta konna fostkom aħna ordnajnielkom li jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas

ma għandu jiekol.

30 of 70

Issa aħna smajna li hemm xi wħud fostkom li qegħdin jitgħażżnu; mhumiex jaħdmu, imma qed jinħlew fix-xejn.

31 of 70

Lil dawn in-nies nordnawlhom u nwissuhom, f’isem il-Mulej Ġesù Kristu, biex jaħdmu sewwa u għajxienhom jaqilgħuh.

32 of 70

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

33 of 70

Hallelujah, Hallelujah

34 of 70

Lq 21:28

Qawwu qalbkom

u erfgħu raskom,

għax il-fidwa tagħkom

hi fil-qrib.

35 of 70

Hallelujah, Hallelujah

36 of 70

Evanġelju

Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom.

    • Qari mill-Evanġelju

skont San Luqa Lq 21:5-19

37 of 70

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet;

38 of 70

iżda Ġesù qalilhom:

“Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

39 of 70

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri?

40 of 70

U x’se jkun is-sinjal li dawn

il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?”.

41 of 70

Qalilhom:

“Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f’ismi u jgħidu: ‘Jien hu’, u: ‘Iż-żmien wasal’.

42 of 70

Tmorrux warajhom!

43 of 70

Meta tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u taqlib fil-pajjiżi, tinħasdux, għax jeħtieġ li

l-ewwel jiġri dan, iżda t-tmiem ma jasalx minnufih”.

44 of 70

Imbagħad qalilhom:

“Għad iqum ġens kontra ġens

u saltna kontra saltna,

l-art titheżżeż bil-kbir,

45 of 70

f’ħafna bnadi jkun hemm

il-ġuħ u mard li jittieħed,

u fis-sema jidhru ħwejjeġ

tal-biża’ u sinjali tal-għaġeb.

46 of 70

Imma qabel dan kollu

jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom,

47 of 70

jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom

il-ħabs,

48 of 70

u jeħdukom quddiem slaten

u gvernaturi minħabba f’ismi.

49 of 70

Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda.

50 of 70

U żommu sewwa f’moħħkom:

toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom,

51 of 70

għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih.

52 of 70

U jittradukom saħansitra

l-ġenituri tagħkom u ħutkom

u qrabatkom u ħbiebkom,

53 of 70

u lil xi wħud minnkom joqtluhom, u kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi.

54 of 70

Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx.

55 of 70

Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom!”.

56 of 70

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

57 of 70

Tlieta u Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom,

għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.”

58 of 70

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

59 of 70

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

60 of 70

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

61 of 70

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

62 of 70

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

63 of 70

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

64 of 70

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

65 of 70

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

66 of 70

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

67 of 70

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

68 of 70

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

69 of 70

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

70 of 70

Tlieta u Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom,

għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.”