1 of 64

2 of 64

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 64

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 64

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 64

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 64

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 64

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 64

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 64

10 of 64

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Isaija

Is 55, 1-3

11 of 64

Dan jgħid il-Mulej:

12 of 64

“Intom li bikom l-għatx, ejjew għall-ilma, intom ukoll li m’għandkomx flus.

13 of 64

Ejjew, ixtru u kulu b’xejn,

inbid u ħalib bla ħlas.

Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhuwiex ħobż,

14 of 64

u ġidkom f’dak li ma jxebbax? Isimgħu minni, u tieklu tajjeb, u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin.

15 of 64

Agħtuni widen u ersqu lejja, isimgħu u tieħdu r-ruħ.

16 of 64

Nagħmel patt magħkom għal dejjem, biex iseħħu

l-favuri mwiegħda lil David”.

17 of 64

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 64

R:/ Mulej, inti ttaffi

x-xewqat tagħna.

Salm Responsorjali

19 of 64

Twajjeb u ħanin il-Mulej,

idum biex jagħdab u kollu tjieba.

20 of 64

Twajjeb ma’ kulħadd

il-Mulej,

tjubitu fuq kull ma għamel.

21 of 64

R:/ Mulej, inti ttaffi

x-xewqat tagħna.

22 of 64

Għajnejn kulħadd iħarsu lejk, Mulej,

u inti tagħtihom l-ikel f’waqtu.

23 of 64

Int tiftaħ idek,

u xxabba’ ’l kulħadd

bil-ġid.

24 of 64

R:/ Mulej, inti ttaffi

x-xewqat tagħna.

25 of 64

Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha,

twajjeb f’dak kollu li għamel.

26 of 64

Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu,

lejn kull min isejjaħlu

fis-sewwa.

27 of 64

R:/ Mulej, inti ttaffi

x-xewqat tagħna.

28 of 64

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 8, 35.37-39

29 of 64

Ħuti, min se jifridna

mill-imħabba ta’ Kristu?

It-taħbit, id-dwejjaq,

il-persekuzzjoni, il-ġuħ,

l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?

30 of 64

Imma f’dan kollu aħna aktar minn rebbieħa

bis-saħħa ta’ dak li ħabbna.

31 of 64

Għax jiena żgur li la

l-mewt u la l-ħajja, la

l-anġli u la l-qawwiet, la

ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat,

32 of 64

la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

33 of 64

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

34 of 64

Hallelujah, Hallelujah

35 of 64

Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,

iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.

36 of 64

Hallelujah, Hallelujah

37 of 64

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 14, 13-21

R:/ Glorja lilek Mulej

38 of 64

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab.

39 of 64

Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh

bil-mixi mill-ibliet.

40 of 64

Xħin niżel l-art

mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom.

41 of 64

Xħin sar filgħaxija

d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu:

42 of 64

“Dan post imwarrab, u

l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu”.

43 of 64

Imma Ġesù qalilhom:

44 of 64

“Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu”.

45 of 64

U huma qalulu:

“Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet”.

46 of 64

“Ġibuhomli hawn”,

qalilhom.

47 of 64

Imbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix; ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet,

48 of 64

rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u

d-dixxipli newluhom

lin-nies.

49 of 64

U kulħadd kiel u xaba’, u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihom tnax-il qoffa.

50 of 64

U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal.

51 of 64

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

52 of 64

53 of 64

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

54 of 64

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

55 of 64

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

56 of 64

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

57 of 64

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

58 of 64

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

59 of 64

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

60 of 64

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

61 of 64

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

62 of 64

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

63 of 64

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

64 of 64

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.