1 of 97

Sena A

It-Tieni Ħadd

tal-Għid

Tumas, emmint għax rajtni,

jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx

u emmnu.

2 of 97

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 97

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 97

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 97

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 97

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 97

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 97

Sena A

It-Tieni Ħadd

tal-Għid

Tumas, emmint għax rajtni,

jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx

u emmnu.

9 of 97

Qari I

Dawk kollha li kienu jemmnu kienu lkoll flimkien �u kellhom kollox bejniethom.�����

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli. 2, 42-47

10 of 97

F’dak iż-żmien,

id-dixxipli

kienu jżommu sħiħ

fit-tagħlim tal-appostli

11 of 97

u fl-għaqda

ta’ bejniethom,

fil-qsim tal-ħobż

u fit-talb.

12 of 97

Waqa’ mbagħad il-biża’

fuq kulħadd

13 of 97

għax ħafna kienu

l-mirakli u s-sinjali

li kienu jsiru

permezz tal-appostli.

14 of 97

Dawk kollha

li kienu jemmnu

kienu ħaġa waħda,

u kienu jaqsmu kollox bejniethom,

15 of 97

ibigħu ġidhom

u kull ma kellhom

u jqassmu d-dħul

bejn kulħadd,

16 of 97

skont il-ħtieġa

ta’ kull wieħed.

17 of 97

U kuljum

kienu jmorru

fit-tempju flimkien,

18 of 97

jaqsmu l-ħobż fi djarhom,

u jissieħbu fl-ikel

bi qlub ferħana u safja;

19 of 97

u kienu jfaħħru lil Alla,

u l-poplu kollu

kien iġibhom.

20 of 97

U minn jum għal ieħor

il-Mulej

kien iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvi.

21 of 97

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

22 of 97

Salm Responsorjali

117 (118), 2-4.13-15.22-24

℟. Faħħru ’l Mulej,

għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem

it-tjieba tiegħu.

23 of 97

Ħa jgħidu wlied Iżrael:

«Għal dejjem

it-tjieba tiegħu.»

24 of 97

Ħa tgħid dar Aron:

«Għal dejjem

it-tjieba tiegħu.»

25 of 97

Ħa jgħidu

dawk li jibżgħu

mill-Mulej:

«Għal dejjem

it-tjieba tiegħu.»

26 of 97

℟. Faħħru ’l Mulej,

għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem

it-tjieba tiegħu.

27 of 97

B’saħħithom kollha imbuttawni biex naqa’;

imma l-Mulej

tani l-għajnuna.

28 of 97

Qawwa tiegħi

u għana tiegħi l-Mulej;

hu kien għalija

s-salvazzjoni tiegħi.

29 of 97

Għajat ta’ ferħ u rebħ

fl-għerejjex tat-tajbin:

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!

30 of 97

℟. Faħħru ’l Mulej,

għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem

it-tjieba tiegħu.

31 of 97

Il-ġebla

li warrbu l-bennejja

saret il-ġebla tax-xewka.

32 of 97

Bis-saħħa tal-Mulej

seħħ dan:

ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.

33 of 97

Dan hu l-jum

li għamel il-Mulej;

ħa nifirħu

u nithennew fih!

34 of 97

℟. Faħħru ’l Mulej,

għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem

it-tjieba tiegħu.

35 of 97

Qari II

Tana twelid ġdid li jwassalna għal tama ħajja

bil-qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet.

Qari mill-Ewwel Ittra

ta’ San Pietru Appostlu. 1, 3-9

36 of 97

Ikun imbierek

Alla u Missier

Sidna Ġesù Kristu,

37 of 97

li fil-ħniena kbira tiegħu

raġa’ wilidna

għal tama ħajja

38 of 97

bil-qawmien

ta’ Ġesù Kristu

mill-imwiet

39 of 97

u għal wirt li

la jitħassar,

la jittabba’,

u lanqas jinxef.

40 of 97

Dan il-wirt

hu merfugħ għalikom

fis-sema

41 of 97

għax intom tinsabu

taħt il-ħarsien

tal-qawwa ta’ Alla

42 of 97

fil-fidi tagħkom li twassal għas-salvazzjoni

li lesta biex tidher

fl-aħħar taż-żminijiet.

43 of 97

Għalhekk għandkom

għax tifirħu

44 of 97

mqar jekk issa,

għal ftit żmien ieħor,

jeħtiġilkom titnikktu

taħt ħafna provi.

45 of 97

Bħalma d-deheb,

li jintemm,

jgħaddi

mill-prova tan-nar,

46 of 97

hekk tgħaddi mill-prova

l-fidi tagħkom,

li tiswa aktar mid-deheb,

47 of 97

biex ikun

jistħoqqilha tasal

għat-tifħir,

għall-glorja,

u għall-ġieħ,

48 of 97

meta jidher

Ġesù Kristu.

49 of 97

Lilu,

għalkemm ma rajtuhx,

intom tħobbuh;

50 of 97

fih, għad li issa

m’intomx tarawh,

intom temmnu;

51 of 97

fih intom tifirħu

b’ferħ glorjuż,

li ma jistax jitfisser,

52 of 97

waqt li tiksbu

l-għan tal-fidi tagħkom,

53 of 97

li hu

s-salvazzjoni tagħkom.

54 of 97

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

55 of 97

Hallelujah

Hallelujah

56 of 97

Ġw 20, 29

Tumas, emmint għax rajtni, jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx

u emmnu.

57 of 97

Hallelujah

Hallelujah

58 of 97

Evanġelju

Tmint ijiem wara ġie Ġesù.

✠ Qari mill-Evanġelju

skont San Ġwann. 20, 19-31

59 of 97

Dakinhar filgħaxija,

fl-ewwel jum tal-ġimgħa,

60 of 97

meta d-dixxipli

kienu flimkien

imbeżżgħa mil-Lhud,

bil-bibien magħluqa,

61 of 97

ġie Ġesù

u qagħad f’nofshom;

u qalilhom:

«Is-sliem għalikom!»

62 of 97

Kif qal hekk,

uriehom idejh u ġenbu.

Id-dixxipli ferħu

meta raw lill-Mulej.

63 of 97

Imbagħad Ġesù

tenna jgħidilhom:

64 of 97

«Is-sliem għalikom!

Kif il-Missier bagħat lili,

hekk jien nibgħat lilkom.»

65 of 97

Kif qal hekk,

nefaħ fuqhom

u qalilhom:

66 of 97

«Ħudu l-Ispirtu s-Santu.

Dawk li

taħfrulhom dnubiethom

ikunu maħfura,

67 of 97

«u dawk li żżommuhomlhom

ikunu miżmuma.»

68 of 97

Tumas,

wieħed mit-Tnax, jgħidulu

t-Tewmi,

ma kienx magħhom

meta ġie Ġesù.

69 of 97

Għalhekk

id-dixxipli l-oħra qalulu: «Rajna lill-Mulej.»

70 of 97

Iżda hu qalilhom:

«Jekk ma narax f’idejh

il-marka tal-imsiemer

71 of 97

«u ma nqigħedx sebgħi

fuq il-marka tal-imsiemer

u idi fuq ġenbu,

jien ma nemminx.»

72 of 97

Tmint ijiem wara,

id-dixxipli

reġgħu kienu ġewwa,

u Tumas magħhom.

73 of 97

Il-bibien

kienu magħluqa,

imma Ġesù daħal,

qagħad f’nofshom,

74 of 97

u qalilhom:

«Is-sliem għalikom!»

75 of 97

Imbagħad qal lil Tumas:

«Ġib sebgħek hawn

u ara idejja,

u ressaq idek

u qegħedha fuq ġenbi;

76 of 97

«tkunx

bniedem bla fidi,

iżda emmen.»

77 of 97

Wieġeb Tumas u qallu:

«Mulej tiegħi

u Alla tiegħi!»

78 of 97

Qallu Ġesù:

«Emmint għax rajtni!

Henjin dawk

li ma rawx u emmnu.»

79 of 97

Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel

quddiem

id-dixxipli tiegħu

80 of 97

u li mhumiex imniżżla

f’dan il-ktieb.

81 of 97

Iżda dawn inkitbu

sabiex intom temmnu

li Ġesù hu l-Messija

l-Iben ta’ Alla,

82 of 97

u biex

bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.

83 of 97

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

84 of 97

Sena A

It-Tieni Ħadd

tal-Għid

Tumas, emmint għax rajtni,

jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx

u emmnu.

85 of 97

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

86 of 97

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

87 of 97

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

88 of 97

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

89 of 97

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

90 of 97

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

91 of 97

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

92 of 97

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

93 of 97

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

94 of 97

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

95 of 97

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

96 of 97

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

97 of 97

Sena A

It-Tieni Ħadd

tal-Għid

Tumas, emmint għax rajtni,

jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx

u emmnu.