Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Efesin
Efes 1, 11-14
Ħuti, fi Kristu aħna wkoll konna magħżula, iddestinati minn qabel,
skont il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skont il-fehma
tar-rieda tiegħu -
sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu, aħna, li, sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu.
U fih intom ukoll smajtu
l-Kelma tal-Verità,
l-Evanġelju tas-salvazzjoni
tagħkom, u emmintu fiha.
Kontu ssiġillati bl-Ispirtu
s-Santu li kien imwiegħed;
li hu r-rahan tal-wirt tagħna sakemm għadna nistennew il-fidwa sħiħa tal-Poplu liAlla kiseb għalih,
għat-tifħir tal-glorja tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Salm Responsorjali
Għannu, ġusti,
bil-ferħ lill-Mulej;
jixirqilhom ifaħħruh
in-nies sewwa.
Faħħru l-Mulej
bid-daqq taċ-ċetra;
għannulu fuq l-arpa
b'għaxar kordi.
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Għax sewwa hi l-kelma
tal-Mulej,
kollox bil-fedeltà huwa għamel.
Hu jħobb id-dritt
u s-sewwa;
bit-tjieba tal-Mulej
mimlija l-art.
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Hieni l-ġens li l-Mulej
hu Alla tiegħu,
il-poplu li hu
għażel b'wirtu.
Mill-għoli tas-smewwiet
iħares il-Mulej,
u jara l-bnedmin kollha;
R:/ Hieni l-poplu li
l-Mulej għażel b’wirtu
Hallelujah, Hallelujah
Ħa tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna,
kif fik hi t-tama tagħna.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa
Lq 12, 1-7
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin.
U Ġesù qabad jgħid
l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu:
“Ilqgħu rwieħkom
mill-ħmira
tal-Fariżej, jiġifieri
mill-wiċċ b'ieħor tagħhom.
Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
Għalhekk, kulma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama' fid-dawl,
u kulma tkunu tkellimtu
fil-widnejn, fil-kmamar ta' ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut.
Dan ngħidilkom, ħbieb
tiegħi, tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iżjed.
Ħa nurikom jien minn min għandkom tibżgħu;
ibżgħu minn dak li, wara li jkun qatlek, għandu
s-setgħa jixħtek ġo
l-infern. Iva, ngħidilkom, minn dan ibżgħu.
Ħames għasafar tal-bejt
mhux żewġ soldi jinbiegħu?
U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla.
U intom, sax-xagħar ta' raskom, kollu magħdud.
Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu