1 of 39

14 ta’ Frar–Festa ta’

San Ċirillu San Metodju

raħeb isqof

patruni tal-Ewropa

2 of 39

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 39

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 39

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 39

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 39

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 39

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 39

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 39

14 ta’ Frar–Festa ta’

San Ċirillu San Metodju

raħeb isqof

patruni tal-Ewropa

10 of 39

Qari mill-Ktiebtal-Atti tal-Appostli�Atti 13:46-69

11 of 39

F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba qalu lil-Lhud:

12 of 39

“Hekk kien jeħtieġ, li

l-kelma ta’ Alla titħabbar lilkom l-ewwel; billi intom qegħdin twarrbuha,

13 of 39

u jidhrilkom li ma tistħoqqilkomx il-ħajja ta’ dejjem, aħna sa nduru għal fuq il-pagani.

14 of 39

Għax hekk ordnalna

l-Mulej, ‘Jien għamiltek biex tkun dawl il-ġnus, biex twassal is-salvazzjoni sa truf l-art.’”

15 of 39

Il-pagani, meta semgħu dan, bdew jifirħu u jfaħħru

l-kelma tal-Mulej, u dawk kollha li kienu magħżulin għall-ħajja ta’ dejjem emmnu.

16 of 39

Hekk il-kelma

tal-Mulej kienet tinxtered mal-art kollha.

17 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 39

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba!

Salm Responsorjali

19 of 39

Faħħru l-Mulej, ġnus kollha,

sebbħuh, popli kollha.

20 of 39

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba!

21 of 39

Għaliex qawwija hi

l-grazzja tiegħu għalina,

il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.

22 of 39

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara

t-tajba!

23 of 39

Hallelujah, Hallelujah

24 of 39

Il-Mulej ikkonsagrani biex inwassal il-Bxara t-Tajba

lill-fqajrin,

bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin.

25 of 39

Hallelujah, Hallelujah

26 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 10, 1-9

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 39

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

28 of 39

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.

29 of 39

Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.

Teħdux magħkom,

la but, la ħorġa,

30 of 39

u lanqas qrieq,

u fit-triq issellmu ’l ħadd.

Fid-dar fejn tidħlu,

l-ewwel għidu,

‘Sliem lil din id-dar.’

31 of 39

U jekk fiha jkun hemm bin is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le,

32 of 39

it-tislima tagħkom terġgħalkom lura għandkom.

33 of 39

Ibqgħu għand dik

il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax

il-ħaddiem ħaqqu ħlasu.

34 of 39

Toqogħdux idduru mingħand familja għal oħra.

35 of 39

F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqedgħdulkom quddiemkom;

36 of 39

fejqu l-morda tagħha,

u lin-nies għidulhom

‘Is-Saltna t’Alla waslitilkom.’ ”

37 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 39

14 ta’ Frar–Festa ta’

San Ċirillu San Metodju

raħeb isqof

patruni tal-Ewropa

39 of 39