1 of 41

Qari mill-Ewwel Ktieb

tas-Slaten

1 Slaten 3, 4-13

2 of 41

F’dak iż-żmien, mar

is-sultan Salamun f’Gibgħon joffri s-sagrifiċċji hemm, għax fost is-santwarji dak kien l-aqwa wieħed.

3 of 41

Salamun offra elf offerta

tal-ħruq fuq dak l-altar. F’Gibgħon il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm billejl.

4 of 41

“Itlobni x’nagħtik”,

qallu Alla.

U wieġbu Salamun:

5 of 41

“Inti wrejt tieba kbira

mal-qaddej tiegħek David missieri,

6 of 41

talli hu mexa quddiemek bil-fedeltà u

bil-qdusija u bl-onestà miegħek;

7 of 41

għadek sal-lum turih din it-tieba kbira tiegħek, int li ħallejt lil wieħed minn uliedu jieħu postu llum fuq it-tron tiegħu.

8 of 41

B’hekk issa, Mulej, Alla tiegħi, lili, qaddej tiegħek, għadek kemm qegħedtni sultan flok David missieri.

9 of 41

Iżda jiena għadni daqsxejn ta’ żagħżugħ, bla ma naf mnejn għandi ngħaddi.

10 of 41

Il-qaddej tiegħek sab ruħu f’nofs dan il-poplu li int

għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’ jgħoddu jew iqisu.

11 of 41

Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem, biex jista’ jmexxi

l-poplu tiegħek,

12 of 41

u jagħraf it-tajjeb

mill-ħażin; għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk kbira?”.

13 of 41

Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa. Għalhekk qallu Alla:

14 of 41

“Ladarba tlabt din il-ħaġa, u ma tlabtnix għomor twil, jew għana, jew il-ħajja

tal-għedewwa tiegħek –

15 of 41

iva, talli tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi – hawn jien se nagħmel kif

għedt int.

16 of 41

Qed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun hawn.

17 of 41

U mqar dak li ma tlabtnix se nagħtihulek, sew ġid sew glorja, hekk li ma jkun hawn qatt sultan ieħor bħalek”.

18 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 41

R:/ Mulej għallimni

l-kmandamenti tiegħek

Salm Responsorjali

20 of 41

Kif jista’ żagħżugħ jimxi safi fi triqtu?

Billi jħares il-kelma tiegħek.

21 of 41

B’qalbi kollha jiena nfittxek;

tħallinix nitbiegħed

mill-kmandamenti tiegħek.

22 of 41

R:/ Mulej għallimni

l-kmandamenti tiegħek

23 of 41

Jien żammejt kelmtek f’qalbi,

biex ma nidneb qatt kontrik.

24 of 41

Imbierek int, Mulej!

Għallimni l-kmandamenti tiegħek.

25 of 41

R:/ Mulej għallimni

l-kmandamenti tiegħek

26 of 41

B’xufftejja jiena nxandar

id-digrieti kollha ta’ fommok.

27 of 41

Nifraħ fit-triq tal-preċetti tiegħek,

daqs kieku kelli l-għana kollu.

28 of 41

R:/ Mulej għallimni

l-kmandamenti tiegħek

29 of 41

Hallelujah, Hallelujah

30 of 41

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej,

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

31 of 41

Hallelujah, Hallelujah

32 of 41

Qari mill-Evanġelju skont �San Mark

Mk 6, 30-34

R:/ Glorja lilek Mulej

33 of 41

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom:

34 of 41

“Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”.

35 of 41

Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

36 of 41

Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom,

37 of 41

u telqu jiġru ’l hemm

bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom.

38 of 41

Xħin niżel l-art

mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj,

39 of 41

u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41