Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli
Atti 1: 15-17. 20-26
F’dawk il-jiem, Pietru qam quddiem il-ġemgħa
tal-aħwa, li kien fiha b’kollox madwar mija u għoxrin ruħ, u qalilhom:
“L-aħwa, jeħtieġ li jseħħ dak li nkiteb, dak li
l-Ispirtu s-Santu ħabbar b’fomm David fuq Ġuda,
li kien il-mexxej ta’ dawk li qabdu ’l Ġesù. Għax hu kien wieħed minna u kellu sehmu f’dan il-ministeru tagħna.
Hemm miktub
fil-Ktieb tas-Salmi:
‘Ħa ssir ħerba l-għamara tiegħu; ma jkunx hemm min jgħammar fiha’; u wkoll: ‘Ħa jeħodlu ħaddieħor
ix-xogħol tiegħu.’
Jeħtieġ għalhekk li wieħed minn dawk li ssieħbu magħna tul iż-żmien kollu li l-Mulej Ġesù għex fostna
ibda mill-magħmudija ta’ Ġwanni sal-jum li fih kien meħud minn magħna
ikun ukoll jixhed magħna
għall-qawmien tiegħu
mill-imwiet.”
Imbagħad ressqu tnejn: Ġużeppi, imsejjaħ Barsâba u mlaqqam ukoll Ġustu, u Mattija. U talbu hekk:
“Mulej, int li tagħraf qlub
kulħadd, uri liema wieħed minn dawn it-tnejn int għażilt
biex jieħu l-post ta’ dan
il-misteru u tal-appostolat, li ħalla Ġuda biex imur fejn kellu jmur.”
Imbagħad tefgħu x-xorti, li waqgħet fuq Mattija. Dan ħa post mal-ħdax-il appostlu l-oħra.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu!
Salm Responsorjali
Faħħru, qaddejja tal-Mulej,
faħħru isem il-Mulej.
Ikun imbierek isem
il-Mulej,
minn issa u għal dejjem.
R:/ Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu!
Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha
jkun imfaħħar isem
il-Mulej.
Għoli fuq il-ġnus kollha
l-Mulej,
is-sebħ tiegħu ’l fuq
mis-smewwiet.
R:/ Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu!
Min hu bħall-Mulej, Alla tagħna,
li qiegħed fil-għoli?
Hu li ’l isfel iħares
fuq is-smewwiet u fuq l-art.
R:/ Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu!
Hu jqajjem mit-trab
l-imsejken,
u jerfa’ l-fqir mill-miżbla,
biex mal-kbarat iqiegħdu,
mal-kbarat tal-poplu tiegħu.
R:/ Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu!
Hallelujah, Hallelujah
Jiena għażiltkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott
u l-frott tagħkom jibqa’, jgħid il-Mulej.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 15:9-17
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi,
intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist
il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu.
Għidtilkom dan biex
il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu. Dan hu
l-kmandament tiegħi:
li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.
Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu;
sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.
Mhux intom għażiltu lili, iżda jien għażilt lilkom u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’,
ħalli kulma titolbu
lill-Missier f’ismi huwa jagħtihulkom.
Dan hu li jiena qiegħed nikkmandakom:
li tħobbu lil xulxin.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu