Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Hosegħa
Hos 10,1-3.7-8.12
Iżrael dielja kollha friegħi, tagħmel ħafna frott. Aktar ma kellu frott, aktar bena altari. Aktar ma kienet tagħti l-art, aktar sebbaħ il-pleri sagri.
Qalbhom mifruda fiha nfisha, u issa jkollhom ipattu!
Hu Alla li se jkissrilhom
l-altari, u jfarrkilhom
il-plieri sagri tagħhom.
Għax issa huma jgħidu:
“M’hemmx sultan għalina. Aħna ma nibżgħux
mill-Mulej. X’jista’ jagħmlilna s-sultan?”
Intemmet Samarija;
is-sultan tagħha bħal laqxa f’wiċċ l-ilma. Jiġġarrfu
s-santwarji fuq l-għoljiet tal-ħażen, id-dnub ta’ Iżrael;
xewk u għollieq għad jinbet fuq l-altari tagħhom.
Għad jgħidu lill-muntanji:
“Għattuna!”
U lill-għoljiet:
“Ordmuna!”
Iżirgħu għalikom
il-ġustizzja, u taħsdu l-frott tat-tieba.
Agħżqu l-art mistrieħa, għax wasal żmien li tfittxu l-Mulej.
Sakemm jiġi u jibgħat
ix-xita tas-sewwa fuqkom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R./ Fittxu wiċċ il-Mulej
il-ħin kollu
Salm Responsorjali
Għannulu u doqqulu,
xandru l-għeġubijiet
tiegħu kollha.
Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu;
tifraħ il-qalb ta’ dawk
li jfittxu l-Mulej.
R./ Fittxu wiċċ il-Mulej
il-ħin kollu
Ħabbirku biex tagħrfu
l-Mulej u l-qawwa tiegħu,
fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.
Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,
fl-għeġubijiet u
l-ġudizzji tiegħu.
R./ Fittxu wiċċ il-Mulej
il-ħin kollu
Nisel Abraham,
il-qaddej tiegħu,
ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu,
Jaħweh hu Alla tagħna!
Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu!
R./ Fittxu wiċċ il-Mulej
il-ħin kollu
Hallelujah, Hallelujah
Is-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu
fl-Evanġelju.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 10, 1-7
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxipli tiegħu, u tahom
is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom,
u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes
minn saħħtu.
L-ismijiet tat-tnax-
l appostlu huma dawn:
l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni,
Filippu u Bartilmew,
Tumas u Mattew
il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b’dawn
l-ordnijiet:
“Taqbdux triq il-pagani,
u tidħlux f’belt
tas-Samaritani;
imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa
tad-dar ta’ Iżrael.
Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna
tas-Smewwiet waslet.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu