1 of 43

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Eżekjel

(Eżek 1, 2-5.24-28ċ)

2 of 43

Fil-ħamsa tax-xahar, meta s-sultan Ġeħojakin kien ilu ħames snin itturufnat,

il-kelma tal-Mulej ġiet lil Eżekjel, bin il-qassis Bużi,

3 of 43

fl-art tal-Kaldin ħdejn

ix-xmara Kebar; kien hemm li ġiet fuqu id il-Mulej.

4 of 43

Kont qiegħed inħares, u f’daqqa waħda ħassejt

riefnu ġej min-naħa

tat-Tramuntana, u rajt sħaba kbira, imdawra bid-dija,

5 of 43

u nar ileħħ il-ħin kollu minnha, u ġon-nar bħal bronż ileqq.

6 of 43

F’nofsha kien hemm xbieha ta’ erba’ ħlejjaq ħajjin, li mid-dehra tagħhom kellhom is-sura ta’ bniedem.

7 of 43

U smajt il-ħoss ta’ ġwenħajhom bħall-ħoss ta’ ilma kotran, donnu l-leħen ta’ Alla li jista’ kollox;

8 of 43

huma u mexjin kienu jagħmlu ħsejjes li jtarrxu, qisu l-ħoss ta’ eżerċtu, u meta jieqfu kienu jniżżlu ġwenħajhom.

9 of 43

Instema’ ħoss mill-għoli

tas-sema mifrux fuq rashom; u meta huma waqfu niżżlu ġwenħajhom.

10 of 43

Fl-għoli tas-sema, mifrux fuq rashom, kien hemm bħal żaffir f’għamla ta’ tron,

11 of 43

u fuq din l-għamla ta’ tron kien jidher bħal bniedem bilqiegħda fuqu fl-għoli.

12 of 43

U rajt bħal bronż ileqq donnu nar li kien jagħlqu minn kullimkien, qisu minn ġenbejh ’il fuq;

13 of 43

u rajt bħal nar qisu minn ġenbejh ’l isfel u dija madwaru kollu, bħal qawsalla fis-sħab meta tagħmel ix-xita;

14 of 43

hekk kont tistħajjilha d-dija ta’ madwaru. Hekk dehritli x-xbieha tal-glorja tal-Mulej, u malli rajtha nxtħett wiċċi fl-art.

15 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 43

Salm Responsorjali

R./ Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek

17 of 43

Faħħru l-Mulej

mis-smewwiet,

faħħruh fl-ogħla smewwiet!

18 of 43

Faħħruh, anġli tiegħu kollha,

faħħruh, eżerċti tiegħu kollha!

19 of 43

R./ Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek

20 of 43

Is-slaten ta' l-art u l-ġnus kollha,

il-kbarat u l-imħallfin kollha ta' l-art,

21 of 43

iż-żgħażagħ u x-xbejbiet ukoll,

ix-xjuħ flimkien

mat-tfal:

ħa jfaħħru isem il-Mulej.

22 of 43

R./ Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek

23 of 43

Għax ismu waħdu l-għoli, sebħu ’l fuq mill-art u

s-sema!

Hu għolla l-qawwa

tal-poplu tiegħu;

24 of 43

dan hu t-tifħir għal ħbiebu kollha,

għal ulied Iżrael, il-poplu għażiż tiegħu.

25 of 43

R./ Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek

26 of 43

Hallelujah, Hallelujah

27 of 43

Alla sejħilkom permezz

tal-Evanġelju,

biex ikollkom sehem

fil-glorja ta’ Ġesù Kristu.

28 of 43

Hallelujah, Hallelujah

29 of 43

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 17, 22-27

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 43

F’dak iż-żmien, meta

d-dixxipli kienu flimkien

fil-Galilija, Ġesù qalilhom:

31 of 43

“Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f'idejn

il-bnedmin u joqtluh, u

fit-tielet jum iqum.”

32 of 43

U huma sewwdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa

għat-tempju, u qalulu:

33 of 43

“L-imgħallem tagħkom

ma jħallashiex it-taxxa?”

34 of 43

“Iva!”

qalilhom.

35 of 43

Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh:

36 of 43

Int x’jidhirlek Xmun?

Is-slaten tal-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew

il-ħaraġ,

37 of 43

mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?”

38 of 43

“Mingħand il-barranin,”

wieġbu Pietru.

U Ġesù qallu:

39 of 43

“Mela s-sudditi meħlusa minnha. Iżda, biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom, asal wasla

sal-baħar,

40 of 43

ixħet ix-xlief u, l-ewwel ħuta li ttalla’, aqbadha, iftħilha ħalqa, u għandek issib munita tal-fidda;

41 of 43

ħudha minn hemm u mur agħtiha lilhom għalija u għalik.”

42 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

43 of 43