1 of 44

Qari mit-Tieni Ktieb

tas-Slaten

2 Slaten 19, 9b-11.14-21.31-35a.36

2 of 44

F’dak iż-żmien, Sanħerib, is-sultan tal-Assirja, bagħat xi messaġġiera għand Ħeżekija u qalilhom:

3 of 44

“Dan għidulu lil Ħeżekija,

sultan ta’ Ġuda:

‘Lil Alla tiegħek, li fih int tqiegħed it-tama tiegħek, tħallihx iqarraq bik,

4 of 44

billi jgħidlek li Ġerusalemm ma tistax tingħata f’idejn

is-sultan tal-Assirja!

5 of 44

Inti smajt x’għamlu

s-slaten tal-Assirja

lill-pajjiżi l-oħra kollha,

kif qerduhom għalkollox. Int waħdek se teħles?’ ”.

6 of 44

Ħeżekija ħa l-ittra minn id il-messaġġiera, u qraha. Imbagħad tala’ fit-tempju tal-Mulej, u firixha quddiem il-Mulej.

7 of 44

U Ħeżekija talab quddiem

il-Mulej b’dan il-kliem:

8 of 44

“Mulej, Alla ta’ Iżrael, li qiegħed fuq il-kerubini, int waħdek Alla fuq is-saltniet kollha tal-art, int għamilt

is-smewwiet u l-art.

9 of 44

Agħti widen, Mulej, u isma’; iftaħ għajnejk, Mulej, u ara! Isma’ l-kliem ta’ Sanħerib, li bih bagħat iżeblaħ lil Alla l-ħaj.

10 of 44

Kollu minnu, Mulej, li

s-slaten tal-Assirja ħarbtu l-ġnus u artijiethom, u xeħtu l-allat tagħhom

fin-nar;

11 of 44

imma dawk ma kinux allat, għax mhumiex ħlief ħatab u ġebel, xogħol ta’ id

il-bniedem u għalhekk setgħu jġibuhom fix-xejn.

12 of 44

Issa, Mulej, Alla tagħna, salvana minn idu, u jkunu jafu s-saltniet kollha

tal-art li inti waħdek Alla, il-Mulej”.

13 of 44

Imbagħad Iżaija bin Amos,

bagħat jgħid lil Ħeżekija:

“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael:

14 of 44

‘Kulma tlabtni dwar

is-sultan Sanħerib, sultan

tal-Assirja, jiena smajtu. Dan jgħid il-Mulej kontrih:

15 of 44

Tistmerrek, tiddieħak bik,

ix-xebba bint Sijon.

Minn warajk tħarrek rasha, bint Ġerusalemm!’

16 of 44

Għax minn Ġerusalemm joħroġ il-fdal, u

mill-muntanja ta’ Sijon

il-meħlusin.

17 of 44

Il-ħeġġa tal-Mulej tagħmel dan.

Għalhekk dan jgħid

il-Mulej għas-sultan

tal-Assirja:

18 of 44

‘F’din il-belt ma jidħolx;

ebda vleġġa ma jwaddab fiha;

ebda tarka ma jressaq quddiemha;

19 of 44

ebda ħajt ma jtella’ madwarha.

Mit-triq li minnha ġie, minnha jerġa’ lura.

U f’din il-belt ma jidħolx.

20 of 44

Oraklu tal-Mulej.

Jiena nħares din il-belt u nsalvaha minħabba fija nnifsi, u minħabba David, il-qaddej tiegħi’. ”

21 of 44

Ġara li dak il-lejl stess, ħareġ l-anġlu tal-Mulej

fil-kamp tal-Assiri u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ.

22 of 44

Imbagħad Sanħerib, sultan tal-Assirja, rafa’

l-kamp u telaq u raġa’ lura, u baqa’ f’Ninwè.

23 of 44

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

24 of 44

R:/ Alla jżomm il-belt sħiħa għal dejjem!

Salm Responsorjali

25 of 44

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna

fil-belt ta’ Alla tagħna.

26 of 44

L-għolja qaddisa tiegħu, għolja mill-isbaħ,

l-għaxqa tal-art kollha.

27 of 44

R:/ Alla jżomm il-belt sħiħa għal dejjem!

28 of 44

L-għolja ta’ Sijon fil-qalba tat-Tramuntana;

hi l-belt tas-sultan il-kbir.

Alla fil-fortizzi tagħha

wera ruħu bħal sur qawwi.

29 of 44

R:/ Alla jżomm il-belt sħiħa għal dejjem!

30 of 44

Naħsbu, o Alla, fuq it-tieba tiegħek

f’nofs it-tempju tiegħek.

Bħal ismek, o Alla, hekk tifħirek,

31 of 44

sa truf l-art jasal.

Il-leminija tiegħek

bis-sewwa mimlija.

32 of 44

R:/ Alla jżomm il-belt sħiħa għal dejjem!

33 of 44

Hallelujah, Hallelujah

34 of 44

Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej:

min jiġi warajja jkollu

d-dawl tal-ħajja.

35 of 44

Hallelujah, Hallelujah

36 of 44

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 7, 6.12-14

R:/ Glorja lilek Mulej

37 of 44

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

38 of 44

“Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux

il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer

39 of 44

li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.

40 of 44

Mela dak kollu li tridu li

l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.

41 of 44

Għaddu mill-bieb

id-dejjaq. Għax wiesa’

l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha.

42 of 44

Imma kemm huwa dejjaq il-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha!”.

43 of 44

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

44 of 44