Qari mit-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lil Timotju�2 Tim 2, 8-15�
Għażiż, ftakar f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta’ David, skont l-Evanġelju li ħabbart jien.
Għalih jien qiegħed inbati sal-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt. Imma l-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta!
Għalhekk kollox nieħu
bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu
s-salvazzjoni,
li hi ta’ glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù.
Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha: Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll; jekk insofru bis-sabar,
għad insaltnu miegħu wkoll; jekk niċħduh, jiċħadna hu wkoll; jekk nonqsu
mill-kelma li tajna, hu jibqa’ jżomm kelmtu;
għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu.
F’dan fakkarhom u widdibhom sewwa quddiem Alla,
li ma joqogħdux jintilfu fi kwistjonijiet dwar kliem li ma jiswa għal xejn ħlief biex jagħmel il-ħsara lil min jisimgħu.
Agħmel mill-aħjar biex iġġib ruħek quddiem Alla, bħala bniedem li għadda
mill-prova,
bħala ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jxandar
bir-reqqa l-kelma tal-verità.
Il-Kelma tal-Mulej�R/. Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Triqatek, Mulej, għarrafni
Salm Responsorjali
Triqatek, Mulej,
għarrafni,
il-mogħdijiet tiegħek
għallimni.
Mexxini fis-sewwa
tiegħek
u għallimni,
għax int Alla
tas-salvazzjoni tiegħi.
R:/ Triqatek, Mulej, għarrafni
Tajjeb u sewwa
l-Mulej;
għalhekk juri
triqtu lill-ħatja.
Imexxi l-imsejkna
fis-sewwa,
jgħallem lill-fqajrin
it-triq tiegħu.
R:/ Triqatek, Mulej, għarrafni
Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tieba u fedeltà
għal min iħares
il-patt u l-liġijiet tiegħu.
Midħla l-Mulej
ta’ dawk li jibżgħu
minnu,
lilhom jgħarraf il-patt
tiegħu.
R:/ Triqatek, Mulej, għarrafni
Hallelujah, Hallelujah
Is-Salvatur tagħna
Kristu Ġesù qered il-mewt
u dawwal il-ħajja
permezz tal-Evanġelju
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 12, 28b-34
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, wieħed
mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh:
“Liema wieħed fost
il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”
Ġesù wieġbu:
“L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Izrael; il-Mulej,
Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek,
b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha.
U t-tieni hu dan:
Ħobb lil għajrek bħalek
innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar
minn dawn.”
Qallu l-kittieb:
“Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm,
u li ma hemmx ieħor ħliefu.
Iva, li tħobb lilu b’qalbek kollha, b’moħħok kollu,
u bil-qawwa tiegħek
kollha, u tħobb lil għajrek bħalek innifsek,
huwa aqwa minn kull hagrifiċċju tal-ħruq u
mis-sagrifiċċji kollha.”
Ġesù, meta rah kemm kien
wieġeb bil-għaqal, qallu:
“M’intix ’il bogħod
mis-Saltna ta’ Alla.”
U ħadd ma kellu l-ħila jistaqsih iżjed.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu