1 of 47

Il-Ħamis

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Għid

2 of 47

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli

Atti 8, 26-40

3 of 47

F’dak iż-żmien, l-anġlu

tal-Mulej qal lil Filippu:

4 of 47

“Qum, mur u aqbad it-triq li tieħu lejn in-Nofsinhar minn Ġerusalemm għal Gaża”.

5 of 47

Din hi fid-deżert. Filippu qam u telaq. Huwa u sejjer, jara raġel mill-Etjopja, ewnuku, uffiċjal għoli ta’ Kandaċi,

6 of 47

sultana tal-Etjopja, li kien jieħu ħsieb it-teżori kollha tagħha. Dan kien ġie Ġerusalemm biex jagħti qima lil Alla.

7 of 47

Huwa u sejjer lura, kif kien bilqiegħda fuq il-karru tiegħu, kien qiegħed jaqra

l-ktieb tal-profeta Iżaija.

8 of 47

Imbagħad l-Ispirtu qal lil Filippu:

“Mur ersaq maġenb

il-karru”.

9 of 47

Filippu mar jgħaġġel lejn

ir-raġel. Kif semgħu jaqra

l-ktieb tal-profeta Iżaija staqsieh:

10 of 47

“Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?”.

Dak wieġbu:

“Kif nista’ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?”.

11 of 47

Imbagħad stieden lil Filippu biex jitla’ bilqiegħda ħdejh.

Is-silta tal-Iskrittura li kien qiegħed jaqra kienet din:

12 of 47

“Bħal nagħġa meħuda għall-qatla, u bħal ħaruf sieket quddiem min iġiżżu, hekk hu ma fetaħx fommu.

13 of 47

Għakksuh u kien imċaħħad mill-ġustizzja. Min qatt jista’ jirrakkonta fuq nislu? Għax neħħewlu ħajtu minn fuq l-art”.

14 of 47

Mela qal l-ewnuku lil Filippu:

15 of 47

“Għidli, nitolbok, għal min qiegħed jgħid dan

il-profeta? Għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor?”.

16 of 47

Imbagħad Filippu fetaħ fommu u beda minn din

is-silta tal-Iskrittura

jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù.

17 of 47

Huma u sejrin għal għonq

it-triq, waslu f’post fejn kien hemm l-ilma. U

l-ewnuku qal:

18 of 47

“Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx?”.

19 of 47

Imbagħad ordna li jwaqqfu l-karru, niżlu t-tnejn

fl-ilma, hu u Filippu, u dan għammdu.

20 of 47

Malli telgħu mill-ilma,

l-Ispirtu tal-Mulej ħataf lil Filippu; l-ewnuku ma rahx

iktar u baqa’ sejjer fi triqtu kollu ferħan.

21 of 47

Filippu sab ruħu f’Ażotu; huwa u għaddej minn dawk

l-inħawi, kien ixandar

l-Evanġelju f’kull belt sakemm wasal Ċesarija.

22 of 47

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

23 of 47

R:/ Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha

Salm Responsorjali

24 of 47

Bierku, popli, lil Alla tagħna,

semmgħu l-għana tat-tifħir tiegħu.

25 of 47

Hu li jżommna fost

il-ħajjin,

u ma jħallix riġlejna jogħtru.

26 of 47

R:/ Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha

27 of 47

Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla,

ngħidilkom x’għamel miegħi.

28 of 47

Lilu sejjaħ fommi,

tifħiru kien fuq ilsieni.

29 of 47

R:/ Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha

30 of 47

Imbierek Alla,

li ma warrabx it-talba tiegħi;

ma warrabx minn fuqi

t-tieba tiegħu!

31 of 47

R:/ Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha

32 of 47

Hallelujah, Hallelujah

33 of 47

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema,

jgħid il-Mulej

Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.

34 of 47

Hallelujah, Hallelujah

35 of 47

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 6, 44-51

R:/ Glorja lilek Mulej

36 of 47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies:

37 of 47

“Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.

38 of 47

Hemm miktub fil-Profeti:

‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla’.

39 of 47

Mela kull min jisma’

lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi.

40 of 47

Mhux għax xi ħadd qatt ra

lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra

lill-Missier.

41 of 47

Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu

l-ħajja ta’ dejjem. Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.

42 of 47

Missirijietkom kielu

l-manna fid-deżert, u mietu; dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx.

43 of 47

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan

il-ħobż jgħix għal dejjem.

44 of 47

U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

45 of 47

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

46 of 47

Il-Ħamis

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Għid

47 of 47