1 of 42

23 ta’ Lulju Festa tal-Iżvezja

Santa Briġida

reliġjuża u patruna

tal-Ewropa

2 of 42

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 42

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 42

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 42

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 42

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 42

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 42

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 42

23 ta’ Lulju Festa tal-Iżvezja

Santa Briġida

reliġjuża u patruna

tal-Ewropa

10 of 42

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Galatin

Gal 2:19-20

11 of 42

Ħuti: Jien permezz tal-liġi mitt għal-liġi biex ngħix għal Alla: issallabt ma’ Kristu. Ngħix, imma mhux jien, iżda Kristu jgħix fija.

12 of 42

Il-ħajja li ngħix fil-ġisem qiegħed ngħixha bil-fidi

fl-Iben ta’ Alla, li ħabbni u ta ruħu għalija.

13 of 42

Il-Kelma tal-Mulej�Inroddu ħajr lil Alla.

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

Salm Responsorjali

15 of 42

Kull ħin imbierek il-Mulej,

tifħiru dejjem fuq fommi.

Bil-Mulej tiftaħar ruħi,

jisimgħu l-fqajrin u jifirħu! 

16 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

17 of 42

Kabbru l-Mulej miegħi,

u ngħollu ismu flimkien.

Jien fittixt il-Mulej, u weġibni,

u minn kull biża’ ħelisni.

18 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

19 of 42

Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ,

u wiċċkom ma jistħix.

Dan il-fqajjar sejjaħ

il-Mulej, u semgħu,

20 of 42

u mid-dwejjaq kollha tiegħu ħelsu.

21 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

22 of 42

L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk li jibżgħu minnu,

u jeħlishom.

23 of 42

Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;

hieni l-bniedem li jistkenn fih.

24 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

25 of 42

Ibżgħu mill-Mulej, intom il-qaddisin tiegħu,

għax xejn ma jkun jonqsu min jibża’ minnu.

26 of 42

L-imkabbrin jiftaqru u jkunu bil-ġuħ;

min ifittex lill-Mulej ma jkun jonqsu ebda ġid.

27 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej!

28 of 42

Hallelujah, Hallelujah

29 of 42

l-Mulej jgħid: Ibqgħu

fl-imħabba tiegħi; min jibqa’ fija, dan jagħmel ħafna frott.

30 of 42

Hallelujah, Hallelujah

31 of 42

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 15:1-8

 R:/ Glorja lilek Mulej

32 of 42

F’dak iż-żmien: Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

33 of 42

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha;

34 of 42

u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba

fil-kelma li għidtilkom.

35 of 42

Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax

fid-dielja,

36 of 42

hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.

Jiena d-dielja, intom

il-friegħi.

37 of 42

Min jibqa’ fija, u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.

38 of 42

Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad jiġbruhom u jixħtuhom

fin-nar u jinħarqu.

39 of 42

Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kulma tridu, u dan ikun mogħti lilkom.

40 of 42

B’dan jissebbaħ Missieri, billi tagħmlu ħafna frott, u hekk tkunu dixxipli tiegħi”.

41 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 42

23 ta’ Lulju Festa tal-Iżvezja

Santa Briġida

reliġjuża u patruna

tal-Ewropa