1 of 40

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 13, 1-11

2 of 40

Dan qalli l-Mulej:

3 of 40

“Mur u ixtri ħżiem

tal-għażel għal qaddek,

u dawru ma’ ġenbejk bla ma xxarrbu bl-ilma.”

4 of 40

U jien mort nixtri l-ħżiem

bħalma qalli l-Mulej,

u dawwartu ma’ ġenbejja.

Għat-tieni darba kellimni

l-Mulej u qalli:

5 of 40

“Aqbad il-ħżiem li xtrajt,

li hemm ma’ ġenbejk;

qum, mur ħdejn ix-xmara Ewfrat, u aħbih hemm

f’xatt ta’ blata.”

6 of 40

U jien mort ħbejtu ħdejn

l-Ewfrat, kif qalli il-Mulej.

Wara ħafna żmien il-Mulej

raġa’ kellimni u qalli:

7 of 40

“Qum, mur ħdejn

l-Ewfrat, u ħu minn

hemm il-ħżiem li jien ikkmandajtek taħbi hemm.”

8 of 40

U mort ħdejn l-Ewfrat, ħaffirt, u ġbart il-ħżiem minn fejn kont ħbejtu. U l-ħżiem sibtu mherri u ma jiswa għal xejn.

9 of 40

U l-Mulej raġa’ kellimni u qalli:

10 of 40

“Dan jgħid il-Mulej:

Hekk inxejjen il-kburija

ta’ Ġuda u l-kburija bla qies ta’ Ġerusalemm.

11 of 40

Dan il-poplu ħażin,

li ma jridx jisma’ kliemi,

li jrid bilfors jimxi

mal-ebusija ta’ qalbu,

12 of 40

u mar jaqdi allat oħra

u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom, dan il-poplu jiġrilu bħal dan il-ħżiem

li ma jiswa għal xejn.

13 of 40

Għax bħalma bniedem jorbot il-ħżiem ma’ ġenbejh, hekk jien irbatt miegħi

d-dar kollha ta’ Iżrael, u

d-dar kollha ta’ Ġuda,

14 of 40

jgħid il-Mulej, biex tkun għalija poplu, isem, foħrija, sebħ;

imma ma semgħux.”

15 of 40

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 40

R:/ Int insejt ’l Alla,

li nisslek

Salm Responsorjali

17 of 40

Int insejt il-Blata li �wilditek, insejt ’l Alla �li nisslek.

18 of 40

Il-Mulej ra dan, u fil-korla tieghu

stmerr ’l uliedu, subien u bniet.

19 of 40

R./ Int insejt ’l Alla,

li nisslek

20 of 40

U qal:

“Naħbi wiċċi minnhom,

u nara xi jsir minnhom.

21 of 40

Għax nisel ħażin huma,

ulied li kelma ma jżommuhiex.”

22 of 40

R./ Int insejt ’l Alla,

li nisslek

23 of 40

“Kebbsuli l-għejra b’dak li mhux alla,

regħxuni b’allathom �fiergħa;

24 of 40

u jiena nkebbsilhom �l-għejra b’dak li poplu �mhux, irregħexhom �b’nies bla moħħ.”

25 of 40

R./ Int insejt ’l Alla,

li nisslek

26 of 40

Hallelujah, Hallelujah

27 of 40

Għax ried il-Missier,

wilidna bil-kelma tal-verità,

biex inkunu l-ewwel frott

tal-ħlejjaq tiegħu.

28 of 40

Hallelujah, Hallelujah

29 of 40

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 31-35

Glorja lilek Mulej

30 of 40

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab

lill-folla parabolla oħra u qalilhom:

31 of 40

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah li żerriegħa

tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu.

32 of 40

Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ

kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost

il-ħxejjex u ssir siġra,

33 of 40

hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-fiergħi tagħha.”

34 of 40

Qalilhom parabbola oħra:

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara

35 of 40

tkun qabdet u ħalltet ma tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.”

36 of 40

Dan kollu Ġesù qalu

bil-parabboli lin-nies,

u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom,

37 of 40

biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:

38 of 40

Niftaħ fommi

bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.”

39 of 40

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

40 of 40