1 of 50

Qari mill-Ewwel Ktieb

ta’ Samwel

1 Sam 3, 1-10.19-20

2 of 50

F’dak i-żmien, iż-żagħżugħ Samwel kien jaqdi l-Mulej ma’ Għeli;

3 of 50

imma l-kelma tal-Mulej kienet rari f’dak iż-żmien, ftit kien hemm dehriet.

4 of 50

Ġara li, jum wieħed, Għeli kien mistrieħ f’postu, għax għajnejh kienu bdew jintfew, u ma kienx jista’ jara.

5 of 50

Il-musbieħ ta’ Alla kien għadu ma ntefiex, u Samwel kien mimdud

fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta’ Alla.

6 of 50

Il-Mulej sejjaħ:

“Samwel!”

U dan wieġeb:

“Hawn jien!”

7 of 50

U mar jiġri għand Għeli u qallu:

“Hawn jien, għalfejn sejjaħtli?”

Wieġeb:

8 of 50

“Ma sejjaħtlekx, erġa’ mur imtedd.”

U raġa’ mar jorqod.

9 of 50

U ssokta l-Mulej isejjaħ:

“Samwel!”

10 of 50

U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu:

“Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?”

Wieġeb:

11 of 50

“Ma sejjaħtlekx, ibni, erġa’ mur orqod.”

12 of 50

Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttgħarrfitlu l-kelma tal-Mulej.

13 of 50

U ssokta l-Mulej isejjaħ:

“Samwel!”

għat-tielet darba.

14 of 50

U dan qam, u mar għand Għeli, u qallu:

“Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?”

15 of 50

U Għeli fehem li l-Mulej kien qiegħed isejjaħ

iż-żagħżugħ. U qal lil Samwel:

16 of 50

“Mur orqod. Jekk jerġa’ jsejjaħlek, wieġeb:

“Tkellem, Mulej, għax

il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.”

17 of 50

U Samwel mar jorqod f’postu. U l-Mulej ġie,

waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra:

18 of 50

“Samwel! Samwel!”

U Samwel wieġeb:

19 of 50

“Tkellem, għax il-qaddej

tiegħek qiegħed jisma’!”

20 of 50

Samwel kiber, u l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur

fix-xejn.

21 of 50

U Iżrael kollu, minn Dan sa Birsaba, għaraf li Samwel kien tassew profeta

tal-Mulej.

22 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

23 of 50

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

Salm Responsorjali

24 of 50

Ittamajt b’tama qawwija fil-Mulej;

hu niżel ħdejja u sama’

l-għajta tiegħi.

25 of 50

Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu,

u ma jmurx mal-kburin, mogħtija għall-gideb.

26 of 50

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

27 of 50

Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u offerti;

imma widnejja inti ftaħtli;

28 of 50

ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija.

Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġej.”

29 of 50

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

30 of 50

“Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi

li nagħmel ir-rieda tiegħek.

31 of 50

Alla tiegħi, dan jogħġobni;

il-liġi tiegħek ġewwa qalbi.”

32 of 50

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

33 of 50

Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;

xufftejja ma żammejthomx magħluqa.

Mulej, dan inti tafu.

34 of 50

R:/ Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek

35 of 50

Hallelujah, Hallelujah

36 of 50

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej,

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

37 of 50

Hallelujah, Hallelujah

38 of 50

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 1, 29-39

R:/ Glorja lilek Mulej

39 of 50

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì.

40 of 50

Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha.

41 of 50

U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

42 of 50

Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan.

43 of 50

U quddiem il-bieb inġabret il-belt bi ħġarha. U fejjaq ħafna morda minn kull

xorta ta’ mard,

44 of 50

u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li huma kienx iħallihom

jitkellmu, għax huma kienu jafu min kien.

45 of 50

L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam,

ħareġ u mar f’post

imwarrab u qagħad hemm jitlob.

46 of 50

Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. Kif sabuh, qalulu:

“Kulħadd jistaqsi għalik.”

U qalilhom:

47 of 50

“Ejjew immorru band’oħra, fl-irħula

tal-qrib, ħalli nipprietka

hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.”

48 of 50

U dar il-Galilija kollha, jipprietka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ

ix-xjaten.

49 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

50 of 50