Ġesù
mad-dixxipli t’Emmaus
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Ġesù
mad-dixxipli t’Emmaus
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 2:14,22-33�
Nhar Għid il-Ħamsin, Pietru flimkien mal-Ħdax qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli:
“Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom jien.
Ġesù ta’ Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli
u l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom,
kif intom stess tafu. Lil dan Ġesù, Alla telaqhulkom f’idejkom skont l-għerf u
l-pjan li fassal minn qabel,
u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta’ nies ħżiena. Imma Alla qajmu
mill-imwiet billi ħall l-irbit tal-mewt,
għaliex ma setax ikun li
l-mewt iżżommu taħt
is-setgħa tagħha. Għax David jgħid fuqu:
‘Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi, għax hu fuq
il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.
Għalhekk ferħet qalbi u mtela bl-hena lsieni; u ġismi wkoll jistrieħ fit-tama, għax inti ma titlaqx
fl-imwiet lil ruħi,
u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir. Inti għarraftni t-triq tal-ħajja, timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek’.
Ħuti, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq il-patrijarka David;
hu miet u kien midfun u
l-qabar tiegħu għadu magħna sal-lum stess. Issa hu kien profeta,
u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu jqiegħed fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn nislu.
David ra minn qabel u ħabbar il-qawmien
tal-Messija, u qal:
‘La kien mitluq fl-imwiet, u lanqas ġismu ma ra
t-taħsir’.
Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda. Għalhekk, issa li Alla għollieh
bil-leminija tiegħu,
huwa rċieva mingħand
il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed, u sawbu fuqna, kif qegħdin taraw u tisimgħu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja.
Salm Responsorjali
Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
Jien għedt lill-Mulej:
“Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek”.
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi,
inti żżomm f’idejk xortija.
R:/ Mulej, int tgħallimni
t-triq tal-ħajja.
Inbierek lill-Mulej li tani
l-fehma;
imqar billejl qalbi tgħallimni.
Inżomm lill-Mulej dejjem quddiemi,
għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.
R:/ Mulej, int tgħallimni
t-triq tal-ħajja.
Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,
u ġismi wkoll jistrieħ
fil-kwiet.
Għax int ma titlaqnix
fl-imwiet,
ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.
R:/ Mulej, int tgħallimni
t-triq tal-ħajja.
Int tgħallimni t-triq
tal-ħajja;
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.
R:/ Mulej, int tgħallimni
t-triq tal-ħajja.
Qari mill-Ewwel Ittra ta’�San Pietru Appostlu�1 Piet 1:17-21��
Għeżież, jekk intom issejħu Missier lil dak li, bla ma jħares lejn l-uċuħ, jagħmel ħaqq minn kulħadd skont
l-għemil ta’ kull wieħed,
għixu fil-biża’ ż-żmien
tal-ħajja li qegħdin tgħaddu f’art barranija.
Kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm,
bħalma hi l-fidda jew
id-deheb, imma bid-demm għażiż ta’ Kristu,
li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.
Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret
id-dinja, imma deher
fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom.
Bih intom temmnu f’Alla, li qajmu mill-imwiet u tah il-glorja; hekk il-fidi tagħkom hi wkoll tama f’Alla.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Mulej, Ġesù, fissrilna
l-Iskrittura;
ħeġġilna qalbna, int u tkellimna.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 24:13-35
R:/ Glorja lilek Mulej
Dakinhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws,
xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom,
Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom:
“X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?”.
U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom.
Imbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu:
“Inti waħdek il-barrani f’Ġerusalemm li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?”.
“X’ġara?”,
staqsiehom Ġesù. Qalulu:
“Dak li ġara lil Ġesù ta’ Nazaret, li kien profeta setgħan fl-għemil u
fil-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu,
kif il-qassisin il-kbar u
l-kapijiet tagħna tawh f’idejn il-gvernatur biex
ikun ikkundannat
għall-mewt u sallbuh.
Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael; iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn il-ġrajja!
Issa wkoll xi wħud
min-nisa tagħna ħasduna, għax marru kmieni ħdejn
il-qabar u l-katavru tiegħu ma sabuhx;
ġew jgħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj.
Imbagħad marru ħdejn
il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx!”.
Qalilhom Ġesù:
“Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kulma qalu
l-profeti!...
...U ma kellux
il-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol fil-glorja tiegħu?”.
U beda minn Mosè u
l-profeti kollha jfissrilhom kulma kien hemm
fl-Iskrittura fuqu.
Meta qorbu lejn ir-raħal
fejn kienu sejrin hu għamel tabirruħu li kien se jibqa’ sejjer aktar ’il bogħod.
Iżda huma ġegħluh jibqa’ magħhom u qalulu:
“Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm”.
Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom.
U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom.
Imbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh, iżda hu għab minn quddiemhom. U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu:
“Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?”.
Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien, u dawn qalulhom:
“Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!”.
U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Ġesù
mad-dixxipli t’Emmaus
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.